Il-Papa fl-Anġelus: Il-Mulej iħejji l-festa tat-tieġ tiegħu għal kulħadd
11/10/2020Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
Bir-rakkont tal-parabbola tal-festa tat-tieġ li għandna fis-silta tal-Evanġelju tal-lum (cfr Mt 22,1-14), Ġesù jabbozza l-proġett li Alla ħejja għall-umaniità. Is-sultan “li ħejja l-festa tat-tieġ ta’ ibnu” (v. 2) hu x-xbieha tal-Missier li ħejja lill-familja umana kollha biex tieħu sehem fil-festa meraviljuża ta’ mħabba u komunjoni madwar Ibnu l-waħdieni. Għal darbtejn is-sultan jibgħat lill-qaddejja tiegħu biex isejħu lill-mistednin imma dawn jirrifjutaw, ma jridux imorru għall-festa għax għandhom affarijiet oħra x’jagħmlu: l-għelieqi u n-negozju. Bosta drabi aħna wkoll inqiegħdu l-interessi tagħna u l-ħwejjeġ materjali qabel il-Mulej li qed isejħilna – u jsejħilna għall-festa. Imma s-sultan tal-parabbola ma jridx li s-sala tibqa’ battala, għax jixtieq jirregala t-teżori tas-saltna tiegħu. Għalhekk lill-qaddejja jgħidilhom: “Morru f’salib it-toroq u sejħu għall-festa lil kull min issibu” (v… Kompli aqra »