Yearly Archives: 2020

“Fratelli tutti”: sejħa biex nieqfu u nagħtu kas lid-dinja

A homeless person in the heart of Rome 

Fratelli tutti is “a devastating challenge to our ecological, political, economic and social life”, but above all, it is the “proclamation of an ineradicable, joyful truth, presented as a well-spring for a fatigued world.”

This is according to Professor Anna Rowlands, a renowned political theologian and member of the panel that presented Pope Francis’ third Encyclical in the Vatican’s new Synod Hall on Sunday… Kompli aqra »

Żewġ pubblikazzjonijiet ġodda mill-Patrijiet Karmelitani

Fl-aħħar jiem, Patri Charlò Camilleri u Patri Glen Attard ippublikaw żewġ kotba ġodda.

L-ewwel ktieb hu Monastikon bl-isem ta’ Vinea Carmeli: Carmelite Priories and their Churches in Malta (Horizons, 2020, 142 paġna). F’din il-pubblikazzjoni, iż-żewġ letturi fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, flimkien mas-Sinjura Rita Vella Brincat, alumna tal-istess Fakultà, jesploraw it-twaqqif tal-kunventi Karmelitani matul is-sekli, u t-teżori artistiċi li jinsabu fil-knejjes tagħhom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2, 1-2.7-14
Salm: 85 (86), 3-4.5-6.9-10

L-Evanġelju: Lq 11, 1-4

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”.

U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum… Kompli aqra »

Il-bilanċ bejn ix-xogħol u t-talb – L-Arċisqof

Quddiesa b'tifkira ta' San Bruno u l-Beatu Bartilmew Longo

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tradizzjonalment dan l-Evanġelju jiġi interpretat bħala l-figura ta’ żewġ nisa: Marta li medhija, kif jgħid il-Evanġelju stess, bil-ħafna ħwejjeġ tax-xogħol tad-dar, tal-faċendi; u Marija li tippreferi toqgħod f’riġlejn Ġesù tisimgħu u titgħallem minnu. U b’xi mod fit-tradizzjoni tad-devozzjoni tal-Knisja, Marta tirrapreżenta x-xogħol u l-appostolat attiv, mentri Marija hija dik li tirrapreżenta l-ħajja tat-talb, il-ħajja moħbija, il-ħajja ta’ kontemplazzjoni.

Jiena naħseb li kemm Marta u kemm Marija, li t-tnejn laqgħu lil Ġesù, kellhom jitgħallmu li dak li ma jitteħdilhomx huwa propju l-imħabba tal-Mulej… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 1, 13-24
Salm: 138 (139), 1-3.13-14ab.14ċ-15

L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

Inkun proxxmu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' Sta Marija Fawstina Kowalska

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ilbieraħ il-Papa Franġisku ħareġ Enċiklika bl-isem Fratelli tuttiIlkoll aħwa, li titkellem fuq il-fraternità u l-imħabba soċjali. U fit-tieni kapitlu ta’ din l-Enċiklika, il-Papa jagħmel riflessjoni proprju fuq din il-parabbola li għadna kemm smajna llum: il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb.

Hemm ħafna punti sbieħ li jsemmi l-Papa; se nsemmi punt wieħed biss. Hawnhekk, eżatt qabel il-parabbola, hemm dik il-mistoqsija li għamel l-għaref tal-liġi: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” Dik kienet mistoqsija interessanti, għax fi żmien Ġesù, għal ħafna min-nies, il-mentalità kienet li l-proxxmu hu min hu tal-istess pajjiż, tal-istess art… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 1, 6-12
Salm: 110 (111), 1-2.7-8.9 u 10ċ

L-Evanġelju: Lq 10, 25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »