Yearly Archives: 2020

M’hemm xejn aktar progressiv u liberali mill-ħarsien tal-ħajja umana – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni LifeNetwork b'tifkira tal-vittmi tal-abort fid-dinja

  Il-Kappella tal-Lunzjata, limiti tar-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Qegħdin illum inġeddu l-memorja ta’ bnedmin prezzjużi li l-ħajja tagħhom twaqqfitilhom  ħesrem waqt li kienu qed jiżviluppaw biex bħalna jkunu jistgħu jitwieldu. Dawn qatt ma kellhom l-opportunità biex juru lid-dinja min huma. Aħna nibku t-telfa ta’ dawn l-ulied, għax il-ħajja umana hi dejjem għażiża. It-telfa ta’ dawn hi telfa kbira għalina lkoll. Mhijiex telfa għal min jemmen fi Kristu biss, imma telfa għal kull min b’xi mod jew ieħor kapaċi japprezza l-ħajja umana mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha… Kompli aqra »

Quddiesa mill-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt – 14 ta’ Settembru, 9:30am

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

  Il-Knisja ta' Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt Valletta

L‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Eżaltazzjoni tas‑Salib Imqaddes, fil‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta fid-9:30am. Tixxandar fuq TVM2 u fuq il-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Il-Mulej jgħallimna: aħfer mhux ħafna drabi imma aħfer dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa fl-24 Ħadd matul is-sena u fil-55 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù ried jgħallimna lezzjoni importanti ħafna. Pietru jistaqsih jekk hux se jaħfer lil ħutu li naqsuh ħafna drabi, għax seba’ darbiet tfisser ħafna drabi. Ġesù jagħtih numru li jfisser dejjem. Il-Mulej qed jgħallimna: aħfer mhux ħafna drabi, aħfer dejjem.

Hu jagħtina din l-istorja ta’ wieħed li meta spiċċa biex jagħmel il-kontijiet mas-siniur, is-sinjur sab li kellu jagħti għaxart elef talent… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 13 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Settembru

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 27, 30 – 28, 7
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.9-10.11-12
It-Tieni Qari: Rum 14, 7-9

L-Evanġelju: Mt 18, 21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlekx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba… Kompli aqra »

Il-mogħdrija u l-kontemplazzjoni huma indispensabbli għall-ekoloġija integrali – Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku jindirizza lill-parteċipanti fil-laqgħa tal-komunitajiet tal-Laudato Si'

  Is-Sala tal-Udjenzi Pawlu VI, il-Vatikan

Dear brothers and sisters!

I welcome you, and in greeting you I wish to reach all the members of the Laudato si’ Communities in Italy and throughout the world. You have placed the integral ecology proposed by the Encyclical Laudato Si’ as the driving force behind all your initiatives. Integral, because we are all creatures and everything in creation is related; everything is related… Kompli aqra »

Bejn tibna u travu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm differenza enormi bejn tibna u travu. U Ġesù juża din id-differenza, bi ftit esaġerazzjoni, biex jagħmel il-punt li kultant aħna nħarsu lejn l-oħrajn u naraw il-ħażin fihom u l-ħażin tagħhom, u ma nħarsux lejn il-ħazin tagħna li jkun agħar. Għalhekk: it-tibna f’għajn l-oħrajn filwaqt li f’għajnejna għandna travu.

Dan il-kliem ta’ Ġesù jiġi wara dak li qal lid-dixxipli: “Tiġġudikawx u ma tkunux iġġudikati, tikkundannawx u ma tkunux ikkundannati” (Lq 6:37)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 12 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 10, 14-22
Salm: 115 (116), 12-13.17-18

L-Evanġelju: Lq 6, 43-49

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm… Kompli aqra »

Omm tirrifjuta l-abort, twelled tewmin b’saħħithom li llum huma qassisin

  Iċ-Ċilì

The mother, Rosa Silva, with her twin sons

What would you do if you were told you were pregnant with a child with two heads and extra limbs? What if the doctors told you that you should have an abortion because such a difficult pregnancy could put you in danger?

Rosa Silva faced this situation in Chile in 1984; she decided to reject abortion and accept “whatever God sends me.” The diocese of Valparaíso, Chile, owes two of its priests to that decision — twin brothers Fr Paulo and Fr Felipe Lizama… Kompli aqra »