Missjoni li naqduha bl-ispirtu ta’ Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi
02/09/2020 Il-Kunvent tas-Sorijiet tal-Karità, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Dan l-Evanġelju li smajna jurina lil Ġesù fil-qadi tal-missjoni tiegħu: Ġesù li jfejjaq, kemm meta qed ifejjaq ġo familja fil-kwiet fejn ma jarawhx in-nies, kif ukoll meta jfejjaq tant nies li jġibulu; Ġesù li jgħin lill-bniedem jeħles mill-ispirtu ħżiena, mill-qawwa tal-ħażen; u Ġesù li jwassal il-kelma, li jipprietka minn post għal ieħor.
Jurina wkoll dan l-Evanġelju b’liema mod Ġesù kien jaqdi din il-missjoni tiegħu: b’ħafna mħabba u ġenerożità kbira, b’dedikazzjoni kbira u b’libertà kbira: il-libertà li turi li hu mhux marbut ma’ post imma jitlaq għal post ieħor, għax dik kienet il-missjoni tiegħu… Kompli aqra »