Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 9, 1-7; 10, 18-22
Salm: 112 (113), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 18, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta… Kompli aqra »

Il-Papa jgħammed tewmin Sjamiżi, l-omm tirringrazzjah

Hermine Nzotto, the mother of conjoined baby girls who were successfully separated in an extraordinary surgery at Rome’s Bambino Gesù hospital in June, writes to Pope Francis, thanking him for baptizing her daughters a few days ago.

In her letter, Hermine Nzotto, a native of the Central African Republic (CAR), recounts her life as a “peasant girl from the forest” in the town of  Mbaiki, some 100 km from the capital Bangui, where her Siamese twins were born with fused skulls on June 29, 2018… Kompli aqra »

“Nibqgħu nilqgħu lit-tfal tagħna bħala rigal kbir” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Santa Kjara, fundatriċi tal-Ordni tas-Sorijiet Klarissi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ pjaċir għalija li llum nintroduċi wieħed mill-għaxar saċerdoti l-ġodda tagħna, is-Salesjan Dun Damian Formosa, li għandu esperjenza ta’ missjunarju fil-Kenja. Bħalissa qiegħed hawn għaliex il-vjaġġi huma diffiċli ħafna. Insellmulu u nawgurawlu ħafna, u b’mod speċjali, permezz tiegħu, insellmu lill-familja mwaqqfa minn Don Bosco.

Ġesù llum isejjaħ tfajjel ċkejken u jqiegħdu f’nofs id-dixxipli tiegħu biex jgħallimhom min hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 11 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 2, 8 – 3, 4
Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10.12-14

F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?”. Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

It-teżori tal-Knisja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Lawrenz, djaknu u martri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wara San Pietru u San Pawl, hu San Lawrenz il-qaddis martri l-aktar magħruf ta’ Ruma. Ftit nafu fuq San Lawrenz, imma l-ftit li nafu hu biżżejjed biex nifhmu għaliex hu qaddis għażiż. Kien magħżul mill-Papa Sistu II biex ikun djaknu, anzi biex ikun l-ewwel wieħed mis-seba’ djakni għas-servizz tal-Knisja ta’ Ruma.

Dak iż-żmien, il-Knisja kienet għaddejja minn persekuzzjoni kbira… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Appell għas-solidarjetà mal-Libanu

L-istatwa tal-Madonna tal-Libanu b’idejha miftuħa fuq Bejrut, fis-Santwarju Marjan f’Ħarissa.

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Is-silta tal-Evanġelju ta’ dan il-Ħadd (cfr Mt 14,22-33) tirrakkonta li Ġesù mexa fuq l-ilmijiet tal-għadira waqt tempesta.  Wara li kien tema’ l-folla b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet – kif rajna l-Ħadd li għadda – Ġesù jordna lid-dixxipli biex jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor.  Hu jibgħat in-nies u jitla’ fuq l-għolja, waħdu, biex jitlob.  Jitwaħħad f’komunjoni mal-Missier… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 10 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-10
Salm: 111, 1-2.5-9

L-Evanġelju: Ġw 12, 24-26

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »