Kuraġġ fit-tempesti tal-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa tad-19-il Ħadd tas-Sena
09/08/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-ġrajja tad-dixxipli fuq id-dgħajsa, li ltaqgħu ma’ Ġesù miexi fuq il-baħar, kienet ġrajja li lill-ewwel Insara kienet impressjonathom ħafna. Mhux biss għall-ġrajja fiha nnifisha, li kellhom esperjenza tagħha d-dixxipli li kienu fid-dgħajsa, imma għax fiha kienu jaraw xbieha ta’ dak li kienu qed jgħixu huma, l-Insara Nsara, u ta’ dak li kien ifisser Ġesù għalihom. Ħa nħarsu ftit l-ewwel lejn id-dgħajsa fil-baħar; imbagħad Ġesù miexi fuq il-baħar; imbagħad Ġesù u Pietru… Kompli aqra »