Yearly Archives: 2020

Quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem is-sena skolastika 2019/2020

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, l-Għarb

Il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex inġabru fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu għal quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem is-sena skolastika 2019/2020.

Il-quddiesa, li tmexxiet mill-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mons. Mario Grech, attendew għaliha aktar minn 50 kap kif ukoll il-ħaddiema tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.

Fl-omelija tiegħu, Mons. Grech saħaq li l-iskejjel huma waħda mid-diversi uċuh li l-Knisja għandha fid-dinja. “Huma arterji vitali tal-Knisja ta’ Kristu u dawk kollha li jirfsu fuq l-għatba tal-iskejjel tagħna jafu li qed imiddu riġlejhom fil-Knisja”… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 14 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7, 1-9
Salm: 47 (48), 2-3a.3b-4.5-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 11, 20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

Sejf u firda – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal dawk li tilfu ħajjithom minħabba l-fidi tagħhom, biex il-knisja tkompli tikber fil-qdusija bis-sagrifiċċju tal-imħabba tagħhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Ġejt inġib mhux il-paċi imma s-sejf”. Għall-ewwel, meta tisma’ dan il-kliem, tgħid: Dan hu l-istess Ġesù li nafu s-soltu? Dan hu Ġesù li kemm-il darba qal li hu ġie biex il-bnedmin jgħixu fil-paċi u li henjin dawk li jġibu l-paċi? Dan hu Ġesù li qalilna biex aħna nħobbu lil xulxin u biex ningħaqdu lkoll flimkien bħala komunità waħda? U s-sejf, Ġesù ma kellux jgħid fl-istess Evanġelju ta’ San Mattew aktar ’il quddiem, fl-Ort tal-Ġetsemani meta wieħed mid-dixxipli ħareġ is-sejf: “Erġa’ daħħal is-sejf f’postu, għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered”? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Li tħaddan il-Kelma ta’ Alla tfisser li tħaddan lil Kristu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju ta’ dal-Ħadd (cfr Mt 13,1-23), Ġesù jirrakkonta l-parabbola – li lkoll nafuha tajjeb – tal-bidwi li jiżra’, li jitfa’ ż-żerriegħa fuq erba’ tipi ta’ art, lil-folla kbira.  Il-Kelma t’Alla, mxebbħa maż-żerriegħa, mhix kelma astratta iżda hija Kristu stess, il-Verb tal-Missier li sar laħam fil-ġuf ta’ Marija.  Għalhekk, li nilqgħu l-Kelma t’Alla jfisser li nkunu qed nilqgħu l-persuna ta’ Kristu, lil Kristu nnifsu… Kompli aqra »

Is-26 anniversarju mill-mewt tal-Qaddejja ta’ Alla, Ineż Casolani

Il-qdusija fi ħdan il-Knisja għandha rwol importanti. Kif ifakkarna tajjeb il-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Appostolika Gaudete et Exsultate, “sa mill-ewwel paġni tal-Bibbja nsibu, b’ħafna modi, is-sejħa għall-qdusija.” U din hi propju l-milja li għaliha l-Mulej issejħilna.

Forsi ħafna minnha għandna idea tal-qdusija msawra mill-ikonografija li naraw fil-knejjes tagħna; ta’ qaddisin bir-raġġiera, ta’ żwiġijiet mistiċi u esperjenzi mistiċi. Iżda hemm ukoll qdusija li  timmanifesta ruħha fil-ħajja sempliċi ta’ kuljum… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 13 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 1, 10-17
Salm: 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23

L-Evanġelju: Mt 10, 34 – 11, 1

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu… Kompli aqra »

F’Marija hemm l-għożża u l-ħarsien sħiħ tal-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Lunzjata

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-parroċċa ta’ din is-sena qed issir f’ċirkustanzi partikulari. Aħna għexna dawn ix-xhur li għaddew, bl-esperjenza tal-pandemija li għadna taħt id-dell tagħha, u dan kien ifisser li ma niltaqgħux fil-knisja għal tliet xhur sħaħ, imma li nistgħu nsegwu l-quddiesa fuq it-televixin jew online. Għalhekk li llum qegħdin miġburin flimkien hija okkażjoni ta’ ringrazzjament lil Alla, u dak li se nagħmlu llum fil-quddiesa u l-pellegrinaġġ hu proprju biex nirringrazzjaw lil Alla permezz ta’ Marija għal dak li għamel magħna matul dawn ix-xhur li għaddew, u nitolbuh ukoll l-għajnuna u l-barka tiegħu għaż-żmien li ġej, għax nafu li għad hemm ħafna inċertezza fuq ix-xhur  li ġejjin… Kompli aqra »

Aħna min aħna biex niddubitaw mill-fiduċja lejn San Ġużepp? – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Ġużepp

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Leonardu, Ħal Kirkop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Malli toqrob it-tifkira tal-patrijarka San Ġużepp — u diversi rħula li għandhom lilu bħala patrun, jew prinċipali jew sekondarju jibdew jiżżejnu bl-armar  — nibdew naraw jinbtu fit-tiżjin tal-festi dawn it-tliet kelmiet: Ite ad Josef (morru għand Ġużeppi). L-ewwel qari li smajna llum jagħtina l-ispjega ta’ minn fejn ġejjin dawn il-kliem li nassoċċjaw ma’ San Ġużepp, l-għarus ta’ Marija Verġni… Kompli aqra »