Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Lulju

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 9, 9-10
Salm: 144 (145), 1-2.8-9.10-11.13ċd-14
It-Tieni Qari: Rum 8, 9.11-13

L-Evanġelju: Mt 11, 25-30

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

Mons. Arthur Said Pullicino: saċerdot li baqa’ jaħdem sal-aħħar b’lealtà – L-Arċisqof

Quddiesa b’suffraġju għal Mons. Arthur Said Pullicino

  Il-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din it-talba tagħna l-Mulej jaqlagħha, il-Mulej jagħti lil Mons. Arthur il-mistrieħ ta’ dejjem, mistrieħ mistħoqq ikolli ngħid u ngħidha b’konvinzjoni. Għax saċerdot li baqa’ jaħdem sal-aħħar b’lealtà, lealtà li wieħed ma jistax ma japprezzax għaliex intom ilkoll tafuh lil Mons. Arthur bħalma kelli x-xorti nafu jien, u l-lealtà tiegħu kienet lealtà li tkun taf fejn qiegħed miegħu. Dik hija lealtà rari, ma kienx devot tal-mantikilja, joqgħod jidlek, imma l-kelma tiegħu kienet ċara… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 4 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 9, 11-15
Salm: 84 (85), 9.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 9, 14-17

F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù d-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. 

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. 

Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber… Kompli aqra »

Għajnuna kbira għall-fidi tagħna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Tumas Appostlu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm qaddisin li kif tisma’ isimhom, moħħok mal-ewwel imur fl-affarijiet kbar u ta’ ġid li għamlu; u hemm qaddisin li ħadmu pjuttost fil-kwiet, fis-skiet, fil-moħbi, u meta tisma’ isimhom moħħok imur f’din il-ħidma tagħhom fil-kwiet. Imma hemm min baqa’ b’timbru, u San Tumas l-Appostlu hu wieħed minn dawn. Baqa’ bit-timbru “dak li ma emminx”. Fil-fatt anke bl-Ingliż hemm espressjoni “doubting Thomas” li hi espressjoni komuni, u li oriġinat minn din il-ġrajja li smajna llum… Kompli aqra »

Il-proċess t’applikazzjoni għad-dħul fis-Sixth Forms tal-Knisja 2020/21

Id‑dħul fis‑Sixth Forms tal‑Knisja għas‑sena skolastika li ġejja 2020/21 se jinżamm bl‑istess prinċipji użati fis‑snin imgħoddija minkejja d‑diffikultajiet li nħolqu bl‑effett tal‑pandemija tal‑covid‑19.

Is‑Sixth Forms tal‑Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ San Alwiġi ħadmu mill‑qrib, flimkien mas‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika, sabiex ikun żgurat li l‑istess kriterju bażiku jibqa’ jintuża għad‑dħul biex jimtela n‑numru limitat ta’ postijiet għad‑dispożizzjoni. Għaldaqstant, il‑proċess tal‑għażla għad‑dħul fis‑Sixth Forms tal‑Knisja se jibqa’ bbażat fuq il‑mertu akkademiku bħas‑snin ta’ qabel… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 3 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

San Tumas, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ef 2: 19-22
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Ġw 20:24-29

Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.

Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom… Kompli aqra »

L-abbozz tal-Liġi tal-Ugwaljanza joħnoq id-dritt għat-twemmin reliġjuż u l-libertà tal-għażla tal-ġenituri

L‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja, is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija, il‑Kunsill tas‑Superjuri Maġġuri Reliġjużi, kif ukoll rappreżentanti tal‑assoċjazzjonijiet tal‑ġenituri li għandhom uliedhom fl‑iskejjel tal‑Knisja, esprimew tħassib serju dwar l‑abbozz tal-Liġi 96 dwar l‑Ugwaljanza li qed jiġi diskuss fil‑Parlament. L‑abbozz, li l‑għan tiegħu kellu jkun li jippromwovi r‑rispett lejn id‑diversità, fil‑fatt qed joħnoq id‑dritt tal‑libertà tat‑twemmin b’konsegwenzi serji fuq l‑espressjoni tal‑etos Nisrani tal‑iskejjel tal‑Knisja. Dan iwassal għall‑konsegwenza li l‑ġenituri jiġu mċaħħda mid‑dritt li jagħżlu skejjel b’etos partikolari għal uliedhom… Kompli aqra »