Yearly Archives: 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 22 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 17, 5-8.13-15a.18
Salm: 59 (60), 3.4-5.12-13

L-Evanġelju: Mt 7, 1-5

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.

Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Ma nħallux il-biża’ jaħkimna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fit-12-il Ħadd matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Aktar ritratti fui: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għal tliet darbiet, fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jgħid lill-appostli tiegħu “la tibżgħux”. Kellu raġun jgħidilhom hekk għax seta’ jara minn qabel kif dawn l-appostli, fil-mument tal-akbar tbatija – jiġifieri fil-passjoni u l-mewt tiegħu – beżgħu, u għalhekk kważi kollha telquh.

Imma meta niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu u tahom il-qawwa li għenithom biex jirbħu l-biża’, imbagħad setgħu jiftakru f’dal-kliem li qal Ġesù, meta qalilhom: “La tibżgħux… Kompli aqra »

Il-martri huma dawk li ma stħawx jistqarru lil Mulej quddiem il-bnedmin – L-Arċisqof

Quddiesa fit-12-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“La tibżgħux mill-bnedmin” (Mt 10:26). Ġesù jirrepeti dawn il-kliem tliet darbiet fl-Evanġelju li għadna kemm smajna: “Tibżgħux”.  

Hu qed jaffaċċja r-realtà li ngħaddu minnha lkoll kemm aħna. Quddiem it-theddida tal-mard, tal-ħsara li xi ħadd jista’ jagħmlilna, anke t-theddida ta’ ħajjitna stess, ir-reazzjoni tagħna hija l-biża’. U l-kuraġġ jiġi meta jiena nikkumbatti dak li qed inħoss u minkejja l-biża’ li nkun għaddej minnu, nagħżel li nagħmel it-tajjeb… Kompli aqra »

Etika tal-ħajja konsistenti

The document that has just been published by the Church in Malta, entitled One Church. One Journey. A Process of Ecclesial Renewal 2020-2024, underlines a strong commitment to the promotion of human life and dignity: “Above all, we are called to place the safeguarding of human life and dignity at the centre of our proclamation and service.”

This fundamental option reminds us of the words of Jesus: “I came so that you may have life, and have it in abundance” (Jn 10:10)… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jżid tliet invokazzjonijiet ġodda fil-Litanija

“Mater misericordiæ”, il-Latin għal “Omm tal-ħniena”; “Mater spei”, jew “Omm it-tama”; u “Solacium migrantium”, jew “Faraġ tal-migranti” huma l-invokazzjonijiet ġodda lill-Verġni Mqaddsa Marija fil-Litanija Lawretana, li spiss tingħad fi tmiem ir-Rużarju.  Agħfas hawn għal-Litanija kollha.

Iż-żieda li l-Papa Franġisku għadu kemm għamel lil-Litanija Lawretana ġiet ippromulgata mill-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2020, fl-istess jum tal-Festa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija… Kompli aqra »

Quddies tal-Ħadd – 21 ta’ Ġunju

  Il-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat, fid-9:30am

Quddiesa bl-Ingliż mill-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat, fl-10:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Ġunju

It-Tnax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20, 10-13
Salm: 68 (69), 8-10.14.17.33-35
It-Tieni Qari: Rum 5, 12-15

L-Evanġelju: Mt 10, 26-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “La tibżgħux mill-bnedmin. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 20 ta’ Ġunju, 7pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: Gianluca Bezzina

Qari I

Il-Mulej ħeles lill-imsejken minn id il-ħżiena.
Ġer 20, 10-13

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija

F’dak iż-żmien, Ġeremija qal:
Ma nismax ħlief taqsis il-kotra;
biża’ madwari kollu!
“Ixluh! Ħa nixluh!”.
Jgħajtu saħansitra ħbiebi kollha,
ifittxu l-qerda tiegħi: “Għandu mnejn jitqarraq u negħlbuh;
ta’ kollox nitħallsu minnu!”… Kompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 20 ta’ Ġunju

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »