Yearly Archives: 2020

Ġesù ma jiqafx fil-qoxra, imma jmur fil-qalba – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-mexxejja ta' pajjiżna, biex jagħrfu dejjem ipoġġu l-ewwel il-ġid komuni u jaħdmu biex jgħinu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fi żmien Ġesù kien hemm min ħa l-impressjoni li Ġesù kien kontra d-drawwiet u l-liġijiet tal-poplu Lhudi. Pereżempju, Ġesù kien ifejjaq nhar ta’ Sibt, u għalihom is-Sibt kien il-jum sagru li ma tista’ tagħmel xejn iktar minn dak li hemm fil-liġi; għalhekk kienu jaraw il-fejqan ta’ Ġesù qisu kontra d-drawwiet tagħhom. Kellhom ukoll użanzi dwar l-ikel, jgħidu li xi ikel hu mniġġes; u Ġesù qalilhom: mhux dak li jidħol mill-ħalq li jniġġes, imma jniġġes dak li joħroġ mill-fomm u mill-qalb… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Alla salva dak li kien mitluf

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq it-tema tat-talb. Il-ktieb tal-Ġenesi, permezz tal-ġrajjiet tal-bnedmin ta’ żminijiet imbiegħda, jirrakkontalna stejjer li fihom nistgħu naraw mera ta’ ħajjitna. Fiċ-ċiklu tal-patrijarki nsibu wkoll dik ta’ bniedem li għamel mill-makakkerija l-aqwa talent tiegħu: Ġakobb. Ir-rakkont bibliku jkellimna fuq relazzjoni diffiċli li Ġakobb kellu ma’ ħuh Għesaw. Sa minn ċkunithom, bejniethom kien hemm rivalità, u minn dak iż-żmien din qatt ma ngħelbet għalkollox… Kompli aqra »

Filmat: X’għandek tagħmel biex tieħu sehem fil-Quddies

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħejjiet filmat ta’ 90 sekonda biex tispjega b’mod sempliċi kif għandek tipparteċipa fil-Quddiesa, minn nhar is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 ta’ Ġunju 2020, skont il-miżuri ġodda ta’ prevenzjoni kontra l-imxija tal-covid-19.

Agħfas hawn għall-miżuri ta’ prevenzjoni.

Agħfas hawn biex tniżżel il-poster. Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 10 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 18, 20-39
Salm: 15 (16), 1-2a.4.5 u 8.11

L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

Ġesù jridna nkunu komunità li ngħinu lid-dinja teħles minn dak kollu li jġib it-taħsir – L-Arċisqof

Quddiesa għall-istudenti li qed iħejju ruħhom jew qed jagħmlu l-eżamijiet f'dawn il-jiem

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom il-melħ tal-art. Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:13). Dawn iż-żewġ tixbihat huma profondi u l-Mulej japplikahom għalina, id-dixxipli tiegħu.

Il-melħ fi żmien Ġesù kien prezzjożissmu, għalhekk anke madwar il-gżejjer tagħna għandna postijiet propju indikati għall-manifattura tal-melħ mill-baħar: il-Mellieħa, is-Salini. Fiż-żewġ gżejjer tagħna għandna postijiet fejn missirijietna kienu jieħdu l-melħ mill-baħar għax kienet xi ħaġa tassew prezzjuża.

Niftakru l-vjaġġ kbir li għamel Mahatma Gandhi, li qasam l-Indja sakemm wasal sal-baħar biex jagħmel il-melħ hu, għax ma riedx li jħallas it-taxxa lill-Imperu Brittaniku… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 9 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 17, 7-16
Salm: 4 , 2-3.4-5.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. Intom id-dawl tad-dinja.

Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba… Kompli aqra »

Il-Beatitudnijiet: programm għal ħajjitna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta ghall-paċi fid-dinja, għall-paċi dejjiema f’pajjiżna u fil-familji tagħna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku għandu eżortazzjoni appostolika bl-isem Ifirħu u Thennew, ispirata minn din is-silta minn San Mattew li għadna kif smajna – il-Beatitudnijiet. Il-Papa jgħid (ara nru 64): Kieku xi ħadd minna jistaqsi “x’għandi nagħmel biex ngħix ta’ Nisrani tajjeb?” ħu dawn il-beatitudnijiet u għixhom. Hemm għandek kif tista’ tgħix tassew il-ħajja Nisranija. Il-Papa jgħid: għal min hu fidil lejn Alla u l-kelma tiegħu, isib tassew il-ferħ meta jingħata… Kompli aqra »

Il-ġid komuni tal-ibħra

Azzjoni komuni ta’ Justice and Peace Europe 2020

Fil‑Jum Dinji għall‑Oċeani, illum 8 ta’ Ġunju 2020, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi (KĠP), bdiet ħidma biex tqajjem kuxjenza dwar l‑ibħra u xtajtiet Maltin, ħidma ispirata mill‑pjan ta’ azzjoni fuq livell Ewropew li nediet Justice and Peace Europe dwar il‑ġid komuni tal‑ibħra tagħna.

Il‑KĠP li kkontribwiet fit‑tfassil ta’ dan id‑dokument ta’ pjan ta’ azzjoni, eżaminat il‑proposti li fih, filwaqt li analizzat dawk l‑oqsma relevanti għal Malta… Kompli aqra »