Yearly Archives: 2020

Il-Papa fl-Angelus: It-Trinità hi mħabba għas-servizz tad-dinja

  Il-Vatikan

Il-Papa Franġisku waqt l-Angelus (Vatican Media)

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum (cfr Ġw 3,16-18), festa tas-Santissima Trinità, jurina – bil-linġwaġġ sintetiku tal-appostlu Ġwanni – il-misteru tal-imħabba t’Alla għad-dinja, ħolqien tiegħu.  Fid-djalogu qasir ma’ Nikodemu, Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala Dak li wassal għall-milja sħiħa l-pjan ta’ salvazzjoni tal-Missier għad-dinja.  Huwa jafferma: “Alla hekk ħabb id-dinja li bagħat lill-Ibnu l-waħdieni” (v. 16).  Dal-kliem juri li l-azzjoni tat-Tlett Persuni Divini –Missier, Iben u Spirtu s-Santu – hi kollha kemm hi pjan waħdieni ta’ mħabba li jsalva l-umanità u d-dinja, hu pjan ta’ salvazzjoni għalina… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 8 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 17, 1-6
Salm: 120 (121), 1-2.3-4.5-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 1-12

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art… Kompli aqra »

Il-milja tal-imħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa tas-Santissima Trinità

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Kull meta aħna rroddu s-salib, li hu s-sinjal tagħna l-Insara, aħna ngħidu: “Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu”.  U llum smajna wkoll fit-Tieni Qari, fl-Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin, fejn isemmi dik it-tislima li kemm-il darba nisimgħuha fil-bidu tal-quddiesa: “Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun magħkom ilkoll.”

Għandna hawnhekk dak li qed niċċelebraw illum: il-festa tat-Trinità Qaddisa… Kompli aqra »

Nitolbu lil San Pawl biex l-imħabba tagħna tkun parti minn katina ta’ solidarjetà li biha nuru li aħna tassew bnedmin – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Santissima Trinità

  Il-Grotta ta' San Pawl, ir-Rabat Malta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Aħna u nisimgħu l-Kelma ta’ Alla f’din il-festa solenni tas-Santissima Trinità, nirrealizzaw li f’kull qari li għadna kemm smajna hemm kelma li nsibuha dejjem, kelma li tirrikorri, il-kelma imħabba. “Alla li jagħder u jħenn, tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u s-sewwa” (Eż 34:6).

L-Appostlu Missierna San Pawl meta jitkellem dwar Alla, lin-nies ta’ Korintu jgħidilhom li Alla huwa Alla tal-imħabba: “Kunu ta’ fehma waħda, żommu s-sliem u Alla tal-imħabba u s-sliem ikun magħkom” (2 Kor 13:13)… Kompli aqra »

L-Arċisqof iniedi d-dokument ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’

Proċess ta’ tiġdid tal-Knisja

  Il-Grotta ta' San Pawl, ir-Rabat Malta

Illum, il‑Ħadd 7 ta’ Ġunju 2020, Solennità tat‑Trinità Qaddisa, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna nieda d‑dokument ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ – dokument li jagħti l‑viżjoni tal‑Knisja f’Malta u l‑proċess ta’ tiġdid tal‑Knisja ispirat minn din il‑viżjoni. Dan id‑dokument jindika wkoll impenji partikulari fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta għall‑erba’ snin li ġejjin fid‑dawl ta’ dan il‑proċess ta’ tiġdid.

It‑tnedija ta’ dan id‑dokument saret waqt Quddiesa li l‑Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra fil‑Grotta ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u li ġiet imxandra fuq il‑mezzi ta’ komunikazzjoni… Kompli aqra »

Quddies tal-Ħadd – 7 ta’ Ġunju

It-Trinità Qaddisa

  Ir-Rabat, Malta u Ħal Balzan

Quddiesa bil-Malti mill-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat fid-9:30am

Quddiesa bl-Ingliż mill-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat fl-10:30am

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata f’Ħal Balzan fil-11:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Ġunju

It-Trinità Qaddisa – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 34, 4b-6.8-9
Salm: Dan 3, 52.53.54.55.56
It-Tieni Qari: 2 Kor 13, 11-13

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:  “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu… Kompli aqra »

Live: Il-Quddiesa tal-Ħadd mill-Grotta ta’ San Pawl – 7 ta’ Ġunju, 9:30am

L-Arċisqof iniedi l-proċess ta’ tigdid ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’

  Il-Grotta ta' San Pawl, ir-Rabat Malta

Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju 2020, Solennità tat-Trinità Qaddisa, waqt Quddiesa mill-Grotta ta’ San Pawl, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna ser iniedi d-dokument ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ – dokument li jagħti l-viżjoni tal-Knisja f’Malta u l-proċess ta’ tiġdid tal-Knisja ispirat minn din il-viżjoni. Il-Quddiesa tibda fid-9:30am u tixxandar fuq TVM2 u knisja.mt.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekkKompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 6 ta’ Ġunju

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-Ħadd hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »