Yearly Archives: 2020

Membri taż-ŻAK f’laqgħa virtwali ma’ 80 żgħażagħ b’diskussjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent

Djalogu internazzjonali li sar online mill-Catholic EarthCare Australia fil-ġimgħa Laudato si'

L-Erbgħa 20 ta’ Mejju, numru ta’ membri taż-ŻAK kellhom l-opportunità li jipparteċipaw fi djalogu internazzjonali li sar online grazzi għal Catholic EarthCare Australia li organizzaw din il-laqgħa virtwali bejn 80 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn is-16 u l-25 sena. Iż-żgħażagħ kienu ġejjin mill-Awstralja, New Zealand, Tonga, is-Samoa u Malta. Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 li l-pajjiżi kollha qed jesperjenzaw bħalissa, u l-fatt li matul din il-ġimgħa l-Knisja qed tiċċelebra il-ħames anniversarju mill-publikazzjoni ta’ Laudato si’, din l-organizzazzjoni ħasbet li huwa l-mument opportun li jiġu flimkien żgħażagħ kattoliċi li għandhom għal qalbhom il-protezzjoni tal-ambjent sabiex jaqsmu u jiddiskutu problemi ekoloġiċi li l-pajjiżi tagħna u d-dinja qed tesperjenza, ibbażati wkoll fuq it-tagħlim tal-Papa Franġisku permezz ta’ Laudato si’Kompli aqra »

Direttivi dwar il-Quddiesa tal-Funeral

Miżuri li jħarsu s-saħħa ta' kull persuna

Wara l-laqgħa bejn l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex u l-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Knisja b’konsultazzjoni mal-istess awtoritajiet qed tippubblika direttivi dwar il-Quddiesa tal-funeral li jidħlu fis-seħħ mil-lum, il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju. Dawn id-direttivi jistabbilixxu l-miżuri li qed jittieħdu bil-għan li titħares is-saħħa tal-persuni li jattendu għall-Quddiesa u fl-istess waqt tingħata tislima xierqa lill-għeżież tagħna.

Il-Quddiesa tal-funeral ser tkun tista’ ssir fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes kbar biss b’numru limitat ta’ nies… Kompli aqra »

Quddies għall-Ġimgħa – 22 ta’ Mejju

  Il-Furjana u l-Belt Valletta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Rita ta’ Cascia, ċelebrata mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta, fil‑11:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 9-18
Salm: 46 (47), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 16, 20-23a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja… Kompli aqra »

Meta n-niket jinbidel f’hena – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għal dawk kollha li jaħdmu fil-media biex ixandru dejjem il-verità

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Dan id-diskors ta’ Ġesù u dan id-djalogu mad-dixxipli tiegħu jsir f’Ħamis ix-Xirka, lejlet il-passjoni u l-mewt tiegħu, ftit sigħat qabel jiġi arrestat u jibda jiġi ttorturat. F’dan id-diskors Ġesù jitkellem fuq żewġ livelli. L-ewwel jitkellem fuq dawn is-sigħat li ġejjin fuqu u li matulhom jittieħed mid-dixxipli tiegħu u ma jibqgħux jarawh iżjed għaliex jindifen fil-qabar. Imma jitkellem ukoll fuq il-mument meta wara ftit jerġgħu jarawh (ara Ġw 16:16)… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 21 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

Il-Ħamis tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 1-8
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 16, 16-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali: Il-misteru tal-ħolqien iressaqna għat-talb

  Bibljoteka tal-Palazz Appostoliku, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq it-talb, billi nimmeditaw il-misteru tal-Ħolqien. Il-ħajja, is-sempliċi fatt li neżistu, tiftaħ il-qalb tal-bniedem għat-talb.

L-ewwel paġna tal-Bibbja tixbah lil innu kbir ta’ ringrazzjament. Ir-rakkont tal-Ħolqien għandu ritmi ta’ ritornelli, fejn kontinwament naqraw imtennija t-tjieba u l-ġmiel ta’ kull ħaġa li teżisti. Alla, bil-kelma tiegħu, isejjaħ għall-ħajja, u kull ħaġa tibda teżisti… Kompli aqra »