Yearly Archives: 2020

Nifs ġdid wara l-COVID-19?

Stqarrija mill-Kummissjoni Ambjent

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tħoss li, issa li pajjiżna qed jistenna bil-ħerqa li joħroġ mill-kriżi tal-COVID-19, u li bil-mod il-mod jerġa’ lura għan-normalità, inkunu boloh jekk nerġgħu mmorru għal dak li konna mdorrijin fih qabel, bħallikieku qatt ma kien xejn – bħallikieku ma tgħallimna xejn minn din l-esperjenza. Il-KA temmen li jeħtieġ nsaħħu d-dixxiplina fuqna nfusna li wrejna waqt l-imxija, biex ilkoll kemm aħna nkunu nifilħu nibqgħu fuq saqajna f’każ li jkollna ngħaddu minn esperjenza simili fil-ġejjieni. 

Il-kriżi tal-COVID-19 ġabitna f’sensina dwar kemm aħna vulnerabbli, u dwar x’inhu dak li tassew għandu valur fil-ħajja… Kompli aqra »

Il-ġimgħa Laudato Sì: Il-Papa jappella għall-ħarsien tal-ħolqien

Preparing to celebrate “Laudato Sì” Week Pope Francis underscores the importance of caring for our Common Home in this time marked by the Covid-19 Pandemic.

Addressing the faithful after the recitation of the Regina Caeli prayer on Sunday, Pope Francis reminded them that we are entering the “Laudato Sì” Week that unfolds until next Sunday and that marks the 5th anniversary of the publication of the Encyclical… Kompli aqra »

San Ġwanni Pawlu II: raġel ta’ ġabra u ġustizzja – Il-Papa Franġisku

Celebrating Mass on the 100th anniversary of the birth of Karol Wojtyla, the future St John Paul II, Pope Francis described his predecessor as a man of prayer, closeness, and justice.

Pope Francis celebrated the 100th anniversary of the birth of St John Paul II by offering Holy Mass at the altar where the Polish Pope is buried in St Peter’s Basilica.

Joined by a very limited number of the faithful, the liturgy on Monday morning was the first Mass open to the public after almost two months of restrictions due to the coronavirus pandemic… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 18 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

It-Tnejn tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16, 11-15
Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 15, 26 – 16, 4a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.

Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux… Kompli aqra »

L-imħabba bil-fatti – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sitt Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Forsi jidher ovvju l-kliem li jgħid Ġesù u li jenfasizza b’mod speċjali fl-Evanġelju tal-lum. Fil-bidu u fl-aħħar jgħid l-istess ħaġa għal darbtejn. Fil-bidu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi.” U fl-aħħar jgħid: “Min għandu l-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni.”

Forsi ngħidu: mhux ovvju dan? Mhux ovvju li jekk inti tħobb lil Ġesù tfittex li tħares il-kmandamenti tiegħu u l-kelma tiegħu, kif jgħid anke aktar ’il quddiem fl-istess diskors? … Kompli aqra »

Il-kmandamenti huma liġi ta’ libertà u min iħarishom ikun qed jesprimi l-imħabba tiegħu lejn il-Mulej – L-Arċisqof

Quddies fis-Sitt Ħadd tal-Għid b'tifkira tal-ewwel vjaġġ appostoliku tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f'Malta

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin noqorbu lejn it-tmiem ta’ dan l-istaġun sabih tal-Għid u l-Evanġelju li għadna kemm smajna mill-kapitlu 14 ta’ San Ġwann, jibda jippreparana għall-istaġun li fih aħna nilqgħu d-don tal-Ispirtu qaddis tal-Mulej.

Imma l-ewwel ħsieb li nixtieq naqsam magħkom illum huwa propju l-insistenza ta’ Ġesù meta jitkellem fuq ir-relazzjoni tagħna miegħu dwar l-imħabba. Ġesù ma jridx il-biża’ tal-iskjavitù, ma jridx atteġġjament ta’ serviliżmu – li jien tant nibża’ minn Alla li nobdih għax bilfors inkella jikkastigani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Mejju

Is-Sitt Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 5-8.14-17
Salm: 65 (66), 1-3a.4-5.6-7a.16.20
It-Tieni Qari: 1 Piet 3, 15-18

L-Evanġelju: Ġw 14, 15-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu… Kompli aqra »

Quddies tal-Ħadd – 17 ta’ Mejju

  Il-Mellieħa u Ħal Balzan

Quddiesa bil-Malti mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fid-9:30am

Quddiesa bl-Ingliż mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fl-10:30am

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata f’Ħal Balzan fil-11:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »