Arkivji mensili: Jannar 2021

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 11-18
Salm: 71 (72), 2.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mk 6, 45-52

Wara li l-ħamest elef raġel kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob.

Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art… Kompli aqra »

Mid-dlam għad-dawl – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam ra dawl kbir.” Dan huwa l-kliem mill-Profeta Iżaija li l-Evanġelju ta’ San Mattew jieħu biex juri kif seħħ f’Ġesù. Hawnhekk għandna lil Ġesù fil-bidu tal-ministeru tiegħu meta minn Nazaret imur f’Kafarnahum fil-Galilija.

Diġà qiegħed jimxi minn post għal ieħor. U d-dettalji li jagħtina l-Evanġelju, speċjalment id-dettalji ġeografiċi, juru li Ġesù kien bniedem li twieled fl-Istorja, f’lokalità partikulari – Alla li nkarna fl-umanità… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 7-10
Salm: 71 (72), 2.3-4ab.7-8

L-Evanġelju: Mk 6, 34-44

F’dak iż-żmien, xħin niżel l-art mid-dgħajsa Ġesù ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-Mulej iħobbna fil-fraġilità kollha tagħna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb,

F’dan it-tieni Ħadd ta’ wara l-Milied il-Kelma t’Alla ma toffrilniex episodju mill-ħajja ta’ Ġesù, tkellimna dwaru, imma tkellimna dwar qabel ma’ twieled.  Teħodna lura biex tikxfilna xi ħaġa dwar Ġesù qabel ma ġie fostna.  Dan tagħmlu fuq kollox permezz tal-Prologu tal-Evanġelju ta’ Ġwanni li jibda hekk: “Fil-bidu kien il-Verb” (Ġw1,1).  Fil-bidu: dan hu l-ewwel kliem tal-Bibbja, l-istess kliem li bih jibda r-rakkont tal-ħolqien: “Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art” (Ġen 1,1).  Illum l-Evanġelju jgħidilna li dak li aħna kkuntemplajna fit-twelid tiegħu, bħala tarbija Ġesù, kien minn qabel: qabel ma bdew l-affarijiet, qabel l-univers, qabel kollox.  Hu kien qabel l-ispazju u ż-żmien.  “Fih kien hemm il-ħajja”(Ġw 1,4), qabel ma feġġet il-ħajja… Kompli aqra »

Sapport lid-Dar tal-Providenza għas-sena 2021

Id-Dar tal-Providenza tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku in ġenerali għall-ġenerożità straordinarja li wera waqt il-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi Festa ta’ Ġenerożità organizzata nhar l-ewwel tas-sena. Dawn id-donazzjonijiet se jkunu mezz importanti sabiex id-Dar tkun tista’ tkompli bil-ħidma professjonali li toffri lir-residenti b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Hekk kif stabbilit mill-policies tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, donazzjonijiet fi flus kontanti ta’ aktar minn €5,000 u donazzjonijiet jew pledges oħra ‘l fuq minn €10,000  minn individwi jew kumpaniji huma suġġett ta’ proċess ta’ verifika. 

Bħala parti minn dan il-proċess u f’konformità mal-obbligi regolatorji, Id-Dar tal-Providenza talbet iktar dokumentazzjoni wara li rċeviet pledge  ta’ €500,000 minn Catco Group Capital Investment… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 22 – 4, 6
Salm: 2, 7-8.10-11

L-Evanġelju: Mt 4, 12-17. 23-25

F’dak iż-żmien, meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’l hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! … Kompli aqra »