Arkivji mensili: Jannar 2021

Il-mibgħeda tax-Xitan u l-paċi tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fit-raba' Ħadd taż-zmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn il-Ħdud qegħdin inkomplu naqraw mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark. Kapitlu pjuttost twil u fih San Mark jippreżenta l-qofol tal-missjoni ta’ Ġesù.

Tissemma l-belt Kafarnahum li tfisser il-belt ta’ Naħum, Kafar Naħum. Hija belt li kienet u għadha fuq ix-xatt ta’ din l-għadira l-kbira, il-Baħar ta’ Tiberijade. Kafarnahum kienet saret, biex ngħidu hekk, il-belt adottiva ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 31 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Knisja ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Jannar

Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 18, 15-20
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
It-Tieni Qari: 1 Kor 7, 32-35

L-Evanġelju: Mk 1, 21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: Il-Qaddis ta’ Alla!”. Imma Ġesù kkmandah: “Iskot! Oħroġ minnu!” Imbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.

U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: “Dan x’inhu? X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa! Sa lill-ispirti ħżiena jikkmanda, u huma joqogħdu għalih?” U l-fama tiegħu malajr xterdet mal-inħawi kollha tal-Galilija. Kompli aqra »

Bla daqq ta’ trombi u mingħajr frattarija – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bla ma jaf kif”. Dan hu l-mod kif Ġesù jiddeskrivi dak li jiġri meta r-raġel jitfa’ ż-żerriegħa fl-art u din tinbet u tikber, tiżviluppa, bla ma jaf kif. U Ġesù juża din ix-xbieha biex ifisser kif taħdem is-Saltna ta’ Alla.

Hemm ħafna li jgħallimna Ġesù għal ħajjitna permezz ta’ dawn iż-żewġ parabboli. Juri kif iż-żerriegħa hija xi ħaġa żgħira, żgħira ħafna, imma għandha l-potenzjal li tikber u tiżviluppa f’xi ħaġa kbira jekk issib art tajba… Kompli aqra »

Direttur ġdid għall-Kummissjoni Migranti

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Anton D’Amato bħala Direttur tal‑Kummissjoni Migranti, li kienet magħrufa bħala l‑Kummissjoni Emigranti. Huwa qed jieħu post Mons. Alfred Vella li kien ilu jservi f’din il‑kariga għal sbatax‑il sena, u li issa qed imexxi l‑Uffiċċju Żwiġijiet tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Dun Anton D’Amato ggradwa fl‑2009 mill‑Fakultà tal‑Liġi fl‑Università ta’ Malta. Sentejn wara beda l‑formazzjoni u l‑istudji tiegħu għall‑ħajja saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ggradwa fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑2019… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11, 1-2.8-19
Salm: Lq 1, 69-70.71-72.73-75

L-Evanġelju: Mk 4, 35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda… Kompli aqra »

Il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’

Webinar għar-rappreżentanti u mexxejja ta’ kummissjonijiet u entitajiet tal-Knisja

Il‑Kummissjoni ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta organizzat webinar nhar l‑Erbgħa 27 ta’ Jannar 2021. Din il‑laqgħa kienet ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna u għaliha attendew diversi rappreżentanti u mexxejja ta’ kummissjonijiet u entitajiet tal‑Knisja.

Matul il‑laqgħa tnediet il‑website li tinkludi riżorsi u tagħrif dwar id-dokument ta’ tiġdid pastorali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, kif ukoll saru preżentazzjonijiet ta’ ħidmiet li bdew jew tlestew diġà, b’rabta mal‑istess dokument… Kompli aqra »

Ippubblikata l-kanzunetta uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2023

The official theme song of World Youth Day (WYD) 2023, scheduled to take place in Lisbon, Portugal, was released on Wednesday, exactly two years since the announcement of the city chosen by Pope Francis to host the next world meeting for young people.

Titled “Há Pressa no Ar” (“There’s a rush in the air”), the song is inspired by the WYD 2023 theme: “Mary rose up and went with haste” (Lk 1:39)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »