Inħennu għal xulxin bid-deċiżjonijiet li nieħdu – L‑Arċisqof
Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla fi tmiem is-sena
31/12/2020 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesù bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf” (Lq 2:21).
Dan it-tmien jum li qegħdin niċċelebraw illum, tmint ijiem wara t-twelid tal-Mulej, lit-tifel ta’ Marija jingħatalu isem li jfisser ħafna. Inħoss ukoll li huwa isem attwali, isem li għandna bżonnu. Qabel xejn, kien isem li l-anġlu tah qabel ma din it-tarbija tnisslet fil-ġuf għaliex l-Anġlu Gabrijel, meta jagħmel il-proposta lill-mama ta’ Ġesù li kellha tkun omm Alla, jgħidilha: “U inti semmih Ġesù” (Lq 1:31)… Kompli aqra »