X’jiġri fuq żewġ muntanji – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fit-Tieni Ħadd tar-Randan
28/02/2021 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Malta m’għandniex muntanji. Għandna xi għoljiet. Imma min xi darba ra muntanja, u kien ħdejn muntanja, jaf l-impressjoni kbira ta’ xi ħaġa immensa, enormi, li tara quddiemek. Xi ħaġa li qisha tgħollilek ħsiebek lejn is-sema.
Fl-Iskrittura hemm mumenti partikulari meta l-muntanja hi l-post fejn Alla juri lilu nnifsu, u fejn Alla jagħti wkoll messaġġ importanti lin-nies. Pereżempju, aħna familjari mal-muntanja Sinaj, fejn Alla ta l-kmandamenti lill-poplu Lhudi permezz ta’ Mosé… Kompli aqra »