Arkivji mensili: Frar 2021

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Frar

Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 7, 1-4.6-7
Salm: 146 (147), 1-2.3-4.5-6
It-Tieni Qari: 1 Kor 9. 16-19.22-23

L-Evanġelju: Mk 1, 29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli ħarġu mis-sinagoga u baqgħu sejrin ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha… Kompli aqra »

X’tgħidilna ras maqtugħa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta’ Sant’Agata

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hi paġna ta’ niket u makabra din li għadna kif qrajna, dan ir-rakkont tal-qtil ta’ Ġwanni l-Battista. Mhux biss għax inqatel, imma l-mod vili li bih inqatel; u anke l-idea li taqta’ rasu u ġġibha fuq platt tqabbdek il-bard! Meta tiftakar li dan kollu sar biex tikkuntenta mara li kienet tobogħdu, għax kien jgħid il-verità, u din ġagħlet lit-tifla; u lir-raġel tagħha, li kif smajna fl-Evanġelju kien jaf “x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni”, ma riedx li joħroġ ta’ ħmar għall-kelma li ta – meta tiftakar dan kollu, titkexkex… Kompli aqra »

Caritas Malta tniedi l-istudju A Minimun Essential Budget For A Decent Living 2020

Caritas Malta tħeġġeġ sabiex il-pajjiż jistabilixxi benchmark li huwa l-ammont minimu tad-dħul neċessarju u adekwat biex tipi differenti ta’ familji jkunu jistgħu jgħixu ħajja sempliċi u dinjituża.

The Minimum Essential Budget for a Decent Living (MEBDL) 2020 huwa t-tielet fis-sensiela ta’ studji maħruġa minn Caritas Malta. Fl-2012, Caritas Malta bdiet inizjattiva biex tkompli twettaq il-viżjoni tagħha li ttaffi l-faqar u tippromwovi l-iżvilupp uman u l-ġustizzja soċjali… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13, 15-17.20-21
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mk 6, 30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Jum tal-Fraternità Umana: Aħna lkoll imwielda mill-istess Missier

Pope Francis and the Grand Imam of Al-Azhar

Pope Francis marked the first-ever International Day of Human Fraternity on Thursday, in a virtual event hosted by Sheikh Mohammed bin Zayed in Abu Dhabi, with the participation of the Grand Imam of Al-Azhar, Ahmad Al-Tayyeb, UN Secretary-General António Guterres, and other personalities.

During the occasion, the Holy Father, in words prepared for the occasion, expressed his gratitude to those who had contributed to the promotion of fraternity in spite of the challenges… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13, 1-8
Salm: 26 (27), 1.3.5.8b-9abċ

L-Evanġelju: Mk 6, 14-29

F’dak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ b’Ġesù, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih”. Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija”. U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra”. Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt!”… Kompli aqra »

Is-sagrament tad-Dilka tal-Morda jsaħħaħ l-ispirtu u l-ġisem, u jaħfer id-dnubiet – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda jittrenja lid-dixxipli tiegħu. Hawnhekk għandna l-ewwel esperiment li għamel u jsejjaħ lit-tnax. ’Il quddiem isejjaħ grupp ikbar ta’ 72. F’din l-esperjenza Ġesù jipprova jgħaddi l-qawwa tiegħu fuq il-ħażen u fuq il-mard lid-dixxipli tiegħu. Jibagħthom tnejn tnejn. Ħafna mill-għorrief tal-Knisja, is-santi padri, jikkummentaw li ma bagħathomx wieħed wieħed, bagħathom tnejn tnejn għaliex fl-għaqda ta’ bejniethom mhux biss se jkunu sapport għal xulxin imma se jagħtu xhieda wkoll li huma aħwa għalkemm mhumiex aħwa… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Frar, 9:30am