Nifhmu tassew min hu Ġesù permezz tat-talb – L-Arċisqof
Quddiesa b'tifkira tal-Isqof San Turibio ta’ Mogrovejo
23/03/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Aħna u noqorbu lejn l-Għid nisimgħu iżjed lil Ġesù, b’mod speċjali fis-siltiet mill-Evanġelju skont San Ġwann, iħeġġeġ lil-Lhud, lill-kapijiet, lil dawk li qegħdin jisimgħuh għall-fidi.
Il-fidi li tfisser li jintelqu f’idejh, l-Iben tal-Missier, u minnu jirċievu l-ħelsien minn dnubiethom. Hija ħarxa dik il-kelma li jgħidilhom: “Intom se tmutu fid-dnub tagħkom […] se tmutu fi dnubietkom” (Ġw 8:24) jirrepetiha kemm-il darba… Kompli aqra »