Arkivji mensili: Marzu 2021

Quddiesa tal-Ħadd – 21 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Marzu

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31, 31-34
Salm: 50(51), 3-4,12-13,14-15
It-Tieni Qari: Lhud 5, 7-9

L-Evanġelju: Ġw 12, 20-33

F’dak iż-żmien, fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù”.

Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù… Kompli aqra »

Fommu mitbuq u qalbu f’idu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fommu mitbuq u qalbu f’idu. Din naraha deskrizzjoni sabiħa u f’waqtha ta’ San Ġużepp. Meta tara fejn jissemma fl-Evanġelju, dejjem tarah bħala bniedem li qiegħed fil-kwiet, jagħmel dak li għandu jagħmel, jagħmlu bl-imħabba; imma qatt mhu fiċ-ċentru. Il-Papa Franġisku, fl-Ittra Appostolika li ħareġ B’qalb ta’ Missier (Patris corde), biex jistedinna f’din is-sena nirriflettu b’mod speċjali fuq dan il-qaddis, jgħid li hu kien dejjem qisu fid-dell; fid-dell, imma hemmhekk jagħmel dak li għandu jagħmel u jagħmlu b’ħafna mħabba… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 11, 18-20
Salm: 7, 2-3.9bċ-10.11-12

L-Evanġelju: Ġw 7, 40-53

F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”… Kompli aqra »

San Ġużepp: qalb li tħobb fis-silenzju u tobdi – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena l-festa għażiża ta’ San Ġużepp, li niċċelebraw ta’ kull sena fid-19 ta’ Marzu, għandha sinifikat profond. Il-Papa Franġisku li beda l-ministeru tiegħu bħala papa bħal-lum tmien snin, għax għażel il-festa ta’ San Ġużepp biex jibda l-ministeru tiegħu bħala papa, ħabbar li din is-sena hija ddedikata lil San Ġużepp.

Għalina hija sena li diffiċilment ninsewha minħabba wkoll is-saram tal-pandemija… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Ġużepp – 19 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7: 4-5a.12-14a.16
Salm: 88, 2-5.27.29
It-Tieni Qari: Rum 4, 13.16-18.22

L-Evanġelju: Mt 1, 16.18-21.24a (jew jista’ jinqara: Lq 2, 41-51a)

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Arċisqof: Xi glorja qed infittxu? Tagħna jew tal-Mulej?

Quddiesa fit-tifkira ta' San Ċirillu ta' Ġerusalemm

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Matul din l-aħħar tal-parti tar-Randan ser nisimgħu diversi siltiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, ir-raba’ Evanġelju, li fihom Ġesù jidħol fid-djalogu mal-kapijiet, mal-Lhud. Proprjament il-kittieba tal-Liġi, il-Fariżej, dawk li b’xi mod kellhom iċ-ċavetta tat-tagħlim u kellhom ukoll il-poter, joħorġu x’inhu it-tagħlim tal-komunità. Ġesù jwissihom li għalkemm jafdaw fl-awtorità li Alla ta’ lil Mosé, huma jridu joqgħodu attenti mill-idolatrija, li minflok ifittxu lil Alla vera, ifittxu l-glorja tagħhom infushom… Kompli aqra »

Għadu jaħdem sa issa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Missieri għadu jaħdem sa issa. Mela naħdem jien ukoll”. Smajna dan il-kliem ta’ Ġesù li hu jgħid lill-ġemgħa tal-Lhud, proprju fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann. Xi jrid jgħid biha li l-Missier “għadu jaħdem”? X’inhi din il-ħidma? Nifhmu dal-kliem ta’ Ġesù meta naraw ir-rakkont li ġie qabel, il-fejqan ta’ bniedem li kien ilu 38 sena marid, u Ġesù qallu: “Qum, aqbad friexek, u imxi”… Kompli aqra »