Arkivji mensili: Marzu 2021

Nifhmu tassew min hu Ġesù permezz tat-talb – L-Arċisqof

Quddiesa b'tifkira tal-Isqof San Turibio ta’ Mogrovejo

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u noqorbu lejn l-Għid nisimgħu iżjed lil Ġesù, b’mod speċjali fis-siltiet mill-Evanġelju skont San Ġwann, iħeġġeġ lil-Lhud, lill-kapijiet, lil dawk li qegħdin jisimgħuh għall-fidi.

Il-fidi li tfisser li jintelqu f’idejh, l-Iben tal-Missier, u minnu jirċievu l-ħelsien minn dnubiethom. Hija ħarxa dik il-kelma li jgħidilhom: “Intom se tmutu fid-dnub tagħkom […] se tmutu fi dnubietkom” (Ġw 8:24) jirrepetiha kemm-il darba… Kompli aqra »

Għaqda Kattolika tappoġġja kampanja li tipproteġi minoranza ta’ bniet fil-Pakistan

The Catholic charity Aid to the Church in Need (ACN) is supporting an effort to protect minority girls in Pakistan. The campaign will seek to safeguard Christian and Hindu girls, who are especially at risk of abduction and sexual abuse. The initiative will involve consulting with politicians, promoting community awareness of the issue, and providing legal help to victims.

ACN reports that they will work beside Pakistan’s national Catholic Commission for Justice and Peace (CCJP).  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 21, 4-9
Salm: 101 (102), 2-3.16-18.19-21

L-Evanġelju: Ġw 8, 21-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”.

Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq… Kompli aqra »

Salvalha ħajjitha u d-dinjità tagħha – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tal-mara li nqabdet f’adulterju hi ġrajja rrakkuntata biss fl-Evanġelju ta’ San Ġwann.  Għandha ħafna x’tgħallimna għal ħajjitna. L-Iskribi u l-Fariżej ġabu lil din il-mara quddiem Ġesù, u skont il-liġi, suppost kellhom iħaġġruha. Imma ġew għand Ġesù mhux biex jieħdu l-parir tiegħu, imma biex ikollhom fuq xiex jixluh, iġibuh dahru mal-ħajt.

Dan għaliex jekk Ġesù jgħidilhom “imxu skont il-liġi”, huma jgħidulu: “fejn hu t-tagħlim tiegħek ta’ ħniena u ta’ mħabba?” U jekk Ġesù jgħidilhom: “tħaġġruhiex”, jgħidulu: “int ma tridx timxi skont il-liġi”… Kompli aqra »

Il-Papa: L-organizzazzjonijiet tal-Mafja qed japprofittaw mill-pandemija biex iħaxxnu buthom

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb

F’dal-ħames Ħadd tar-Randan, il-liturġija  tħabbar l-Evanġelju li fih Ġwanni jirrakkonta episodju lejn l-aħħar jiem tal-ħajja ta’ Kristu, ftit qabel il-passjoni (cfr Ġw 12,20-33).  Meta Ġesù kien qiegħed Ġerusalemm għall-festa tal-għid, xi griegi, imqanqlin mill-kurżità minħabba dak li kien jagħmel, jistqarru x-xewqa li jarawh.  Jersqu lejn l-Appostlu Filippu u jgħidulu: “Nixtiequ naraw lil Ġesù” (v. 21).  “Nixtiequ naraw lil Ġesù”  Niftakruha dix-xewqa: “Nixtiequ naraw lil Ġesù”.  Filippu jmur jgħid dan lil Indrì u flimkien imorru jtarrfuh lill-Imgħallem.  Fit-talba ta’ dawk il-griegi nistgħu nilmħu l-mistoqsija li tant irġiel u nisa, minn kull imkien u f’kull żmien, jagħmlu lill-Knisja u anki lil kull wieħed u waħda minna: “Nixtiequ naraw lil Ġesù”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 13, 1-9.15-17.19-30.33-62
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Ġw 8, 1-11

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom.

Imbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju… Kompli aqra »

Nixtiequ narawh – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nixtiequ naraw lil Ġesù.” Din hi x-xewqa li kellhom dawn in-nies Griegi li xtaqu jaraw lil Ġesù. Ma kinux parti mill-grupp li jkun madwar Ġesù, għalhekk marru sabu dixxiplu tiegħu, lil Filippu, u qalulu b’din ix-xewqa: “Nixtiequ naraw lil Ġesù”. U Filippu u Indrì miegħu ħaduhom għand Ġesù.

X’kienet ir-reazzjoni ta’ Ġesù? L-ewwel kelma tiegħu kienet: “Waslet is-siegħa li bin il-bniedem ikun igglorifikat”… Kompli aqra »

X’nistgħu nitgħallmu mit-tbatija ta’ Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tar-Randan

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Waslet is-siegħa li fiha Bin il-Bniedem ikun igglorifikat” (Ġw 12:23). Għal diversi drabi fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, il-Mulej stess jgħid li ma kinitx għadha waslet is-siegħa tiegħu. Nieħdu pereżempju l-episodju sabiħ tat-tieġ ta’ Kana. Lil ommu jgħidilha: “Għada ma waslitx is-siegħa tiegħi” (Ġw 2:4). Imma issa li l-Griegi qed ifittxu li jarawh, qed jixxenqu biex isiru jafuh (ara Ġw 12:21), il-Mulej jifhem li waslet is-siegħa li jkun igglorifikat… Kompli aqra »