Arkivji mensili: Marzu 2021

Il-Papa: “Jiena wkoll ninżel għarkupptejja fit-toroq ta’ Myanmar”

Myanmar nun Sister Ann Rose Nu Tawng kneels in front of police officers. 

“Once again and with great sadness I feel the urgency to evoke the dramatic situation in Myanmar, where so many people, especially the young, are losing their lives to offer hope to their country,” Pope Francis said at the end of his weekly general audience. “I too kneel on the streets of Myanmar and say: stop the violence! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 7-14
Salm: 105 (106), 19-20.21-22.23

L-Evanġelju: Ġw 5, 31-47

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.

Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: L-Insara huma msejħa jħarsu l-preżenza ta’ Alla

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nagħlqu l-katekeżi fuq it-talb bħala relazzjoni mat-Trinità Qaddisa, b’mod partikulari mal-Ispirtu s-Santu.

L-ewwel don ta’ kull ħajja Nisranija huwa l-Ispirtu s-Santu. Mhuwiex wieħed minn ħafna doni, imma d-Don fundamentali. L-Ispirtu huwa d-don li Ġesù kien wiegħed li se jibgħatilna. Mingħajr l-Ispirtu ma hemmx relazzjoni ma’ Kristu u mal-Missier. Għax l-Ispirtu jiftaħ il-qalb tagħna għall-preżenza ta’ Alla u jiġbidha f’dak iċ-“ċiklun” ta’ mħabba li hija l-istess qalb ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 49, 8-15
Salm: 144 (145), 8-9.13ċd-14.17-18

L-Evanġelju: Ġw 5, 17-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-ġemgħa tal-Lhud: “Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll”. U minħabba f’hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla… Kompli aqra »

Ġesù, għandi bżonnok; fejjaqni – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm konnessjoni bejn l-Evanġelju li għadna kemm smajna li l-ambjent tiegħu huwa ħdejn menqa, jiġifieri ħdejn qisha pixxina li kienet tipprovdi l-ilma lit-tempju.

Kien hemm it-tradizzjoni li meta jitħarrek l-ilma — u ġo pixxina mhux la kemm tgħid jitħarrek — anġlu jkun mess l-ilma allura min jinżel fih f’dak il-mument ifiq mill-mard li kellu. Kien hemm raġel li għal 38 sena sħaħ qagħad joqgħod jistenna biex jieħu din l-opportunità… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47, 1-9.12
Salm: 45 (46), 2-3.5-6.8-9

L-Evanġelju: Ġw 5, 1-3a.5-16

Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin.

U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid… Kompli aqra »

Kelma li sseħħ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm seba’ darbiet, tista’ tgħid, fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, meta Ġesù jagħmel dak li normalment insejħulu ‘miraklu’. Imma f’San Ġwann jissejjaħ “sinjal”. Hawn, fis-silta li għadna kemm smajna, hu t-tieni sinjal li għamel Ġesù wara dak li kien għamel f’Kana tal-Galilija, meta biddel l-ilma fi nbid.

X’inhuma dawn is-sinjali? Għaliex jissejħu ‘sinjali’? X’juruna? Huma sinjali li juruna li Ġesù hu l-Messija, l-Iben ta’ Alla… Kompli aqra »