Arkivji mensili: April 2021

Inawgurati għadd ta’ proġetti ta’ restawr fil-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr

Proġetti mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali b'fondi tal-Unjoni Ewropea

Il-mużajk ta’ Marija mtellgħa s-sema li jisab mal-frontispizju tal-knisja parrokkjali tal-Imġarr

Dalgħodu ġew inawgurati diversi proġetti ta’ konservazzjoni u restawr fil‑parroċċi ta’ Ħad‑Dingli u l‑Imġarr, permezz tal‑ħidma li saret mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑proġetti saru b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, b’investiment totali ta’ €217,000. Il‑proġetti ġew inawgurati mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

F’Ħad‑Dingli ġew irrestawrati diversi opri tal‑arti: l‑14‑il pittura tal‑Via Sagra, il‑pedestall u n‑niċċa tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑Adorazzjoni tas‑Slaten Maġi, il‑pittura tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑artist Portugiż Manuel Pereira li turi t‑tieġ bejn San Ġużepp u l‑Madonna, u l-istatwa tas-seklu sittax ta’ San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ġimgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 1-12
Salm: 117 (118), 1-2 u 4.22-24.25-27a

L-Evanġelju: Ġw 21, 1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »

Il-Ftuħ tal-Iskejjel tal-Knisja

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, b’konsultazzjoni mal-iskejjel tal-Knisja, jinforma li: 

L-Iskejjel tal-Knisja fil-livell kindergarten u primarju se jiftħu fiżikament nhar it-Tnejn, 12 ta’ April, b’osservanza tal-protokolli tas-saħħa. L-iskejjel li kellhom sistema ta’ attendenza alternata minħabba l-ispazji li huma għandhom se jkomplu b’dik is-sistema. 

L-iskejjel sekondarji se jibdew lezzjonijiet online nhar it-Tnejn, 12 ta’ April, u se jiftħu fiżikament nhar l-Erbgħa, 14 ta’ April… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ħamis
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 11-26
Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Lq 24, 35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Nitolbu f’komunjoni mal-qaddisin

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nieqaf fuq ir-rabta bejn it-talb u x-xirka tal-qaddisin. Fil-fatt, meta nitolbu, dan qatt ma nagħmluh waħidna: imqar jekk ma naħsbux fuq hekk, aħna mgħaddsin fi xmara maestuża ta’ invokazzjonijiet li kienet hemm qabilna u tibqa’ sejra warajna.

Fit-talbiet li nsibu fil-Bibbja, u li spiss jidwu fil-liturġija, hemm il-ħjiel ta’ stejjer qodma, ta’ ġrajjiet ta’ ħelsien tal-għaġeb, ta’ deportazzjonijiet u eżilji kiebja, ta’ ritorni mqanqla, ta’ tifħir li jgelgel quddiem il-ġmiel tal-ħolqien… U hekk dawn l-ilħna jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra, f’nisġa kontinwa bejn l-esperjenza personali u dik tal-poplu u tal-umanità li minnha nagħmlu parti… Kompli aqra »

Il-quddiesa mhux ta’ quddiem it-televixin imma li ngħixuha fil-komunità tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Girgor

  Il-knisja l-qadima ta' Santa Katarina, iż-Żejtun (il-Knisja ta' San Girgor)

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-rakkont sabiħ jiġri propju dakinhar tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Dakinhar stess, jgħidilna Luqa, li qed jikteb dan it-tielet Evanġelju: “Dakinhar stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa” (Lq 24:13).

Id-dixxipli diġà semgħu li l-qabar vojt, li semgħu ukoll ir-rakkont tan-nisa li dehrulhom xi anġli u qalulhom li Ġesù hu ħaj, li qam mill-imwiet. Imma dawn iż-żewġ dixxipli jiddeċiedu li jitilqu minn Ġerusalemm u għal għonq it-triq il-qalb tagħhom hi mimlija swied il-qalb… Kompli aqra »