Arkivji mensili: April 2021

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9, 31-42
Salm: 115 (116), 12-13.14-15.16-17

L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? … Kompli aqra »

Preżenza reali, ikel essenzjali, u ħajja ta’ dejjem – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' San Ġorġ Martri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Din kienet il-mistoqsija li bdew jagħmlu l-Lhud huma u jitħaddtu bejniethom. Ġesù kien għadu kif spjega: “Jiena hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.” Kif semgħu dal-kliem, bdew jgħidu: kif jista’ jkun dan?

U Ġesù jkompli jispjega u jenfasizza l-kliem li qal. Jitkellem b’mod ċar u jgħid: “Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jien inqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.” Ġesù dejjem jitkellem ċar… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9, 1-20
Salm: 116 (117), 1.2

L-Evanġelju: Ġw 6, 52-59

F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” .Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lill-Kattoliċi biex matul Mejju jitolbu għat-tmiem tal-pandemija

Catholics across the globe are encouraged to dedicate the Marian month of May to pray for an end to the pandemic.

The initiative, behind which the Pope has thrown his support, involves 30 Marian Shrines from various parts of the world.

The Pontifical Council for Promoting the New Evangelization announced the news with a press release on Wednesday afternoon.

It takes place under the theme “The whole Church was fervently praying to God,” which recalls a verse in the Book of Acts (12:5)… Kompli aqra »

Il-kampanja ‘Itma u Libbes’ b’risq il-persuni fil-bżonn

Matul ir-Randan, permezz tal‑kampanja ‘Itma’ u Libbes’, inġabru €30,000 f’donazzjonijiet u madwar 45 vann mimlija ħwejjeġ f’kundizzjoni tajba. Dawn ser jgħinu lil persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli fis‑soċjetà.

Il-kampanja ġiet organizzata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tat‑Taqsima tad‑Djakonija fil‑Parroċċi ta’ Caritas Malta, flimkien ma’ Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart fejn ixxandru diversi intervisti dwar ir-realtà tal-faqar.

Id-donazzjonijiet se jintużaw biex jinxtara ikel li jitqassam mill‑kappillani lill‑familji fil‑bżonn fil‑parroċċi tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: It-talb bil-fomm

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

It-talb hu djalogu ma’ Alla; u kull ħlejqa, f’ċertu sens, “tiddjaloga” ma’ Alla. Fil-bniedem, it-talb isir kelma, invokazzjoni, għanja, poeżija… Il-Kelma divina saret laħam, u fil-ġisem ta’ kull bniedem il-kelma terġa’ lura għand Alla fit-talb.

Il-kelmiet huma ħolqien tagħna, imma huma wkoll ommijiet tagħna, u b’xi mod jagħġnuna. Il-kelmiet ta’ talba jgħadduna bla periklu ta’ xejn minn wied mudlam, imexxuna lejn mergħat kollhom ħdura u b’ilmijiet kotrana, iħejju mejda għalina quddiem l-għedewwa tagħna, kif jgħallimna ngħidu s-Salm (ara Salm 23)… Kompli aqra »

Il-fidi fil-qawmien għall-ħajja – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkompli jispjega fis-Sinagoga ta’ Kafarnaum. Xi jfisser meta hu jgħid: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja” (Ġw 6:35 u Ġw 6:48). Nifhmu li f’din is-silta tal-Evanġelju, jinsisti ħafna fuq il-qawmien mill-imwiet u l-ħajja ta’ dejjem. Aħna kultant ikollna tentazzjoni, anke meta nippritkaw jew nitkellmu fuq Ġesù, li donnu ġab soluzzjonijiet għal din id-dinja, li l-messaġġ tiegħu jwassal sal-qabar, mhux lil hemm… Kompli aqra »