Arkivji mensili: April 2021

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15
Salm: 118 (119), 23-24.26-27.29-30

L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

The doors opened to us by the generosity of St Publius – The Archbishop

Quddiesa fil-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’Ħadd il-Għid, il-Mulej Rxoxt juri lilu nnifsu lil Marija Maddalena li tmur tavża lill-ħdax u d-dixxipli: “il-Mulej qam tassew”. Tnejn minnhom jitilqu minn Ġerusalemm. L-aħbar li semgħu ħawdithom u ma ġabitilhomx paċi f’qalbhom. Jerħulha għal għonq it-triq lejn villaġġ jismu Għemmaws; il-Mulej ma jabbandunahomx imma jissieħeb magħhom u huma ma setgħux jagħrfuh. Ġesù jibda jispjegalhom l-Kelma ta’ Alla u xħin jaslu qrib il-villaġġ jagħmel tabirruħu li se jkompli fit-triq u jgħidulu: “Ibqa magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm” (Lq 24:29)… Kompli aqra »

Mill-biża’ għall-ferħ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Jum il-Karità

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja ta’ meta Kristu Rxoxt jidher lid-dixxipli tiegħu hi ġrajja li turina l-bidla li sseħħ fid-dixxipli hekk kif Kristu ħaj ikun preżenti fosthom. 

Il-bidla

Id-dixxipli, kif rawh, “twerwru bil-biża’”. U ħasbuh xi fantażma. Hu kien qalilhom, żmien qabel, li kellu jgħaddi mill-passjoni u l-mewt u jqum mill-imwiet. Imma għalihom tant kienet esperjenza iebsa u diffiċli li jarawh jispiċċa fix-xejn fuq is-salib, li kienet esperjenza li tilfitilhom kull tama… Kompli aqra »

‘Lura fil-knejjes biex niċċelebraw il-qsim tal-ħobż: l-Ewkaristija’ – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Karità

  Il-kappella tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità (ta' Madre Tereża), Bormla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jibda billi jsemmi żewġ dixxipli; ir-rakkont tal-esperjenza tagħhom qrajnieh f’jum il-Għid il-Kbir u aħna nafuhom bħala ż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws. Meta jagħrfu lil Ġesù, jirritornaw minn fejn kienu ġew, jirritornaw Ġerusalemm u jgħidu lill-ħdax li kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż (Lq 24:35). Din l-espressjoni sabiħa, ‘il-qsim tal-ħobż’, hija l-iżjed isem antik li aħna l-Insara għandna għall-Ewkaristija: il-qsim tal-ħobż… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 18 ta’ April, 9:30am

Quddiesa f'Jum il-Karità

  Il-kappella tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità (ta' Mother Theresa), Bormla

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ April

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 13-15.17-19
Salm: 4, 2.4.7.9
It-Tieni Qari: 1 Ġw 2, 1-5a

L-Evanġelju: Lq 24, 35-48

F’dak iż-żmien, iż-żewġ dixxipli li reġgħu lura Ġerusalemm minn Għemmaws kienu qegħdin itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu magħħom xi ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż!

Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »

Jum il-Karità 2021

Għada l‑Ħadd, 18 ta’ April 2021, il‑Knisja f’Malta se tfakkar Jum il‑Karità. L‑għan ta’ dan il‑jum hu li jikber l‑għarfien dwar il‑ħidma li jwettqu fis‑soċjetà l-entitajiet tal‑Knisja mal‑persuni vulnerabbli. Permezz ta’ diversi djar residenzjali u ħidmiet ta’ karità minn professjonisti u voluntiera, il‑Knisja f’Malta tilqa’ u taqdi lil ħutna fil‑bżonn, irrispettivament mir‑razza, kulur tal‑ġilda jew twemmin. Fuq xewqa tal-Arċisqof Charles Scicluna, għada fid-9:30am, il-Quddiesa tal-Ħadd ser tixxandar mill-kappella tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità (magħrufa bħala s-Sorijiet ta’ Madre Tereża) f’Bormla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 1-7
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.18-19

L-Evanġelju: Ġw 6, 16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.

Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »