Arkivji mensili: Mejju 2021

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 35, 1-15
Salm: 49 (50), 5-6.7-8.14 u 23

L-Evanġelju: Mk 10, 28-31

F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”. Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

Omm u Xbieha – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' Marija, Omm u Xbieha tal-Knisja

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hu tassew f’waqtu li l-għada taċ-ċelebrazzjoni ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja tiċċelebra t-tifkira ta’ Marija Omm u Xbieha tal-Knisja. Dawn iż-żewġ siltiet mit-Testment il-Ġdid juruna b’mod sabiħ ħafna kif Marija hi Omm u Xbieha tal-Knisja.

Għandna s-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann, fejn Ġesù qiegħed fuq is-salib u hemm Marija ommu li takkumpanjah sal-aħħar. Fost l-aħħar kelmiet li jgħid Ġesù, lil Marija jgħidilha “hawn hu ibnek”, u lil Ġwanni “hawn hi ommok”, biex jagħti ’l ommu lilna lkoll… Kompli aqra »

Il-Papa f’Pentekoste: Iftaħ qalbek għall-Ispirtu s-Santu

“Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier” (Ġw 15:26). B’dawn il-kelmiet Ġesù jwiegħed l-Ispirtu s-Santu lid-dixxipli, id-don defenittiv, id-don tad-doni. Jitkellem fuqu billi jinqeda b’espressjoni partikulari, misterjuża: Paraklitu, Difensur. Illum ejjew nilqgħu din il-kelma, li mhix faċli tittraduċiha għax fiha iktar minn tifsira waħda. Paraklitu, sostanzjalment, tfisser żewġ affarijiet: Konsolatur u Avukat.

1. Il-Paraklitu hu l-Konsolatur… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

Marija, Omm il-Knisja
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-15-20 jew Atti 1, 12-14
Salm: 86 (87), 1-2.3 u 5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 19, 25-34

F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

Spirtu li joħloq – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Għid il-Ħamsin

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna nafu t-twelid tal-Knisja minn din il-ġrajja ta’ Għid il-Ħamsin meta, kif smajna fil-Kelma ta’ Alla, l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli, imliehom bil-qawwa tiegħu, u huma ħarġu barra jagħtu xhieda ta’ Ġesù li hu ħaj.

Nixtieq li nħarsu lejn din il-ġrajja hekk importanti u għażiża għalina lkoll li nemmnu f’Ġesù, u naraw x’tgħidilna għall-ħajja tagħna llum.

Don

L-ewwel nett, l-Ispirtu s-Santu hu don, rigal ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Ispirtu s-Santu jfakkrek fil-verità li hi ħniena t’Alla – L-Arċisqof f’Pentekoste

Quddiesa f'Għid il-Ħamsin

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù meta jitkellem dwar l-Ispirtu s-Santu, juża kelma għażiża. Nixtieq li niftakruha tajjeb. Illum il-Mulej, se jagħtikom dan ir-rigal kbir, l-Ispirtu Qaddis tiegħu. Hu jgħid, l-“Ispirtu hu d-difensur” (ara Ġw 14:15). Xi tfisser din il-ħaġa?

Il-kelma bil-Grieg hi ‘parakletos’, bil-Latin ‘advocatus’. Mill-kelma Latina ‘advocatus’, għandna l-kelma ‘avukat’… Kompli aqra »

Is-Sinodu tal-Isqfijiet se jibda fil-Knejjes lokali

“One listening to the others, and all listening to the Holy Spirit.”

To make the synodality desired by Pope Francis since the beginning of his pontificate concrete and visible, the next Synod of Bishops, scheduled for October 2023, will not only be celebrated in the Vatican but in each particular Church of the five continents, following a three-year itinerary divided into three phases: diocesan, continental and universal… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Mejju

Għid il-Ħamsin – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 1-11
Salm: 103 (104), 1ab,24ac, 29bc-30,31,34
It-Tieni Qari: Gal 5, 16-25

L-Evanġelju: Ġw 15, 26-27; 16, 12-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu… Kompli aqra »

Jgħinu biex iħares ’il quddiem b’fiduċja – L-Isqof Galea-Curmi

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kemm jolqotna li l-kliem ta’ Ġesù qatt mhu kliem li jweġġa’, jew li lill-bniedem ibaxxih, jew kliem li jaqta’ l-qalb jew li jxerred l-isfiduċja, imma hu kliem li jfejjaq, kliem li jerfa’ lill-bniedem, li jagħtih il-kuraġġ u li jsaħħaħ il-fiduċja.

Dan narawh ħafna f’din il-ġrajja li smajna llum fl-Evanġelju meta Ġesù jitkellem ma’ Pietru, wara li Ġesù qam mill-mewt… Kompli aqra »