Arkivji mensili: Lulju 2021

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 34, 29-35
Salm: 98 (99), 5.6.7.9

L-Evanġelju: Mt 13, 44-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”… Kompli aqra »

Ma tistax tħobb lil Alla u tobgħod lil bniedem xbieha t’Alla – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din hi waħda mill-ftit parabboli li Ġesù jispjega fid-dettall. Ilbieraħ qrajna l-parabbola ta’ dak li żera’ żerriegħa tajba, imbagħad bil-lejl ġie l-għadu tiegħu hu żera’ s-sikrana. Il-ħaddiema jgħidulu: “Tridx immorru niġbruha?” is-sikrana. Jgħidilhom: “Le… Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: ‘Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi” (Mt 13:29-30)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 33, 7-11; 34, 5b-9.28
Salm: 102 (103), 6-7.8-9.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mt 13, 36-43

F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa”. U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan… Kompli aqra »

Mill-frott tagħhom nagħrfuhom – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Qegħdin nagħmlu llum it-tifkira ta’ nannu u nanna speċjali għax huma n-nanniet ta’ Ġesù – Sant’Anna u San Ġwakkin. Kien proprju minħabba fihom li l-Papa Franġisku ried li minn din is-sena jkun hemm jum dedikat għan-nanniet, u għażel il-Ħadd l-aktar qrib il-festa tal-lum, għalhekk iċċelebrajna lbieraħ dan il-jum iddedikat għan-nanniet.

Hi okkażjoni speċjali meta niċċelebraw lil Sant’Anna u San Ġwakkin għax niftakru f’binthom Marija, u f’Ġesù bin Marija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 15-24.30-34
Salm: 105 (106), 19-20.21-22.23

L-Evanġelju: Mt 13, 31-35

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha”… Kompli aqra »

Ġid b’abbundanza – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Li kieku dan il-miraklu Ġesù għamlu llum, bil-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandna, kien ikun wieħed mill-iktar li jissemma ma’ kulħadd u kullimkien – kif jista’ jkun li b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet titma’ ħamest elef ruħ? Kien jiġri, bħalma kultant ġara fi żmien Ġesù, li ħafna jieqfu fuq dak li jistagħġbu bih – miraklu, xi ħaġa kbira – imma mbagħad jitilfu dak li hu l-iktar importanti u essenzjali… Kompli aqra »

Magħna dejjem – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ Sant’Anna

  Il-Knisja ta' Sant'Anna, iż-Żebbiegħ

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” (Mt 28:20). Hu dan il-kliem ta’ Ġesù li l-Papa Franġisku għażel bħala tema għall-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tal-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani li se jiġi ċċelebrat għada b’rabta mal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li ssir kull sena fis-26 ta’ Lulju. Din hi l-wegħda li Ġesù għamel lid-dixxipli tiegħu qabel tela’ s-sema. Il-Papa ried li jerġa’ jtenni din il-wegħda lin-nanniet u l-anzjani kollha… Kompli aqra »