Napprezzaw l-għerf tan-nanniet tagħna – L-Arċisqof
Quddiesa fl-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani
25/07/2021 Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Anna, Wied il-GħajnL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kemm hu sabiħ il-versett li qrajna fis-salm ta’ dan is-17-il Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena: “Iftaħ idek, Mulej, ferraħna bil-ġid li tagħtina” (S144:16). Minn dan il-Ħadd bdejna naqraw kapitlu sabiħ mill-Evanġelju ta’ San Ġwann. Għalkemm il-Ħdud ta’ din is-sena huma ddedikati lill-Evanġelju ta’ San Mark, li huwa Evanġelju qasir, f’dawn il-Ħdud li ġejjin se nieqfu ftit minn San Mark u naqraw minn kapitlu 6 mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li jibda propju jibda bir-rakkont ta’ Ġesù li jkattar il-ħobż u l-ħut li offrielu tifel u tema’ 5,000 raġel u lil kull min kien hemm magħhom… Kompli aqra »