L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu
19/08/2021Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Imħ 11, 29-39a
Salm: 39 (40), 5.7-8a.8b-9.10
L-Evanġelju: Mt 22, 1-14
F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.
U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”… Kompli aqra »