Arkivji mensili: Ottubru 2021

Il-Papa fl-Angelus jitlob biex persuni b’mard mentali ma jiġux diskriminati

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb

Il-Liturġija tal-lum ittina l-laqgħa li kellu Ġesù ma raġel li kellu ħafna ġid (Mk 10:22) u li fl-istorja nsibuh bħala “ż-żgħażugħ għani” (cfr Mt 19:20-22). Ma nafux ismu. L-Evanġelju ta’ San Mark, fil-verità, jgħid li hu “wieħed raġel” bla ma jgħid la kemm għandu żmien u lanqas ismu, biex fih aħna naraw lilna nfusna fih, bħal f’mera. Infatti, il-laqgħa tiegħu ma’ Ġesù, ttina ċ-ċans li nagħmlu eżami tal-fidi… Kompli aqra »

Il-Papa: li niċċelebraw is-sinodu jfisser li nimxu l-istess triq flimkien

Pope Francis formally opened the Synod of Bishops on Sunday with a solemn Mass in St Peter’s Basilica.

Faithful from around the world – including laymen and -women, priests, seminarians, women and men religious, cardinals and bishops – took part in the liturgy, which marked the beginning of a two-year synodal process.

In his homily, Pope Francis took the day’s Gospel reading, recounting Jesus’ encounter with a rich young man, as the starting point for a reflection on synodality: “Celebrating a Synod,” he said, “means walking on the same road, together.”

Following the example of Jesus, he emphasized three verbs that characterize the Synod: encounterlisten, and discernKompli aqra »

Rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni Ambjent għall-Baġit 2022

Impressjoni artistika tal-iżvilupp propost f’Ħal Ferħ

Għandna nkunu sorpriżi li l‑ambjent naturali u urban tal‑Gżejjer Maltin mar lura? Ir‑risposta sempliċi hija ‘le’. Kulħadd għandu sehem x’jagħti biex ikun salvat dak li għad baqa’ mill‑patrimonju nazzjonali. Madanakollu, il‑Gvern iġorr l‑ikbar responsabbiltà minħabba li għandu sehem ewlieni u deċiżiv fit‑tfassil u l‑implimentazzjoni ta’ kull policy. Dan li ġej huwa sommarju tar‑rakkomandazzjonijiet u osservazzjonijiet li l‑Kummissjoni Ambjent (KA) għamlet bħala parti mill‑konsultazzjoni pubblika għall‑Baġit 2022 biex jiġi indirizzat it-tkerrih tal‑pajjiż li l‑baġit jirreferi għaliha id‑dokument ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il‑baġit… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 1, 1-7
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

Dak li għandek lest taqsmu ma’ ħaddieħor? – L-Arċisqof

Quddiesa fit-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena u f'Jum in-Nanniet

  Is-Santwarju tal-Madonna tas-Samra, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-raġel li ltaqa’ ma’ Ġesù kien raġel tassew twajjeb; kien raġel għani, kif jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Mark li għadu kemm qara Fr Andrew. Imma kellu wkoll l-għatx għall-ħajja ta’ dejjem. “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” (Mk 10:17). Donnu dan ir-raġel, għalkemm kien raġel li kellu ħafna flus, kellu x’aktarx għelieqi u ġid, kien jaf li din il-ħajja mhux għal dejjem, hemm ħajja li ma tispiċċa qatt, il-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

16-il entità jappellaw lill-politiċi biex iqisu tassew il-ġid komuni

Aktar tħassib dwar l-abbozz ta' liġi għall-użu tal-kannabis

16-il entità impenjati fil-ħidma soċjali qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-proposti għall-abozz ta’ liġi dwar l-użu hekk imsejjaħ responsabbli tal-kannabis. L-entitajiet jinsabu fi qbil mal-pożizzjoni ta’ Caritas Malta u Fondazzjoni OASI li nhar il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2021, reġgħu tennew li l-liġi proposta se tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid għas-soċjetà Maltija.

Dawn l-entitajiet, li wħud minnhom jaħdmu direttament mat-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli, jinsabu mħassba speċjalment dwar il-messaġġ li jkun qed jgħaddi lit-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-użu u l-kultura tal-kannabis… Kompli aqra »

Ħa jkun hu t-teżor ta’ qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-istorja tat-twelid ta’ Ġesù, fl-Evanġelju skont San Luqa, hemm dik is-silta fejn Marija u Ġużeppi kienu qed ifittxu post fejn seta’ jitwieled Ġesù. U hemm sentenza li hi verament ta’ swied il-qalb. Tgħid: “ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Luqa 2:7). Darba minnhom kont f’laqgħa ta’ talb, u kien hemm żagħżugħ li għamel din it-talba marbuta ma’ din il-ġrajja: “Mulej, agħmel li qalbna tkun bħal dak l-għar vojt u mhux bħal-lukanda mimlija… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 10 ta’ Ottubru, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tas-Samra, il-Ħamrun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 7:7-11
Salm: 89(90):12-13,14-15,16-17
It-Tieni Qari: Lhud 4:12-13

L-Evanġelju: Mk 10:17-30

F’dak iż-żmien, Ġesù kien se jaqbad it-triq lejn Ġerusalemm, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”.

Qallu Ġesù: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? … Kompli aqra »