Arkivji mensili: Novembru 2021

Qalb sinċiera u ġeneruża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tefgħet aktar minnhom ilkoll”. Dan hu li Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum meta jitkellem fuq l-armla fqira li tefgħet biċċtejn żgħar tal-flus fit-teżor tat-tempju. Hu jqabbilha mal-għonja li wkoll tefgħu l-offerta tagħhom f’dan it-teżor. Jgħid “tefgħet aktar”. Imma veru tefgħet aktar? Jekk tqis l-ammont, il-kwantità, tefgħet inqas!

Għaliex Ġesù jgħid “tefgħet aktar”? Għax Ġesù ma jħarisx lejn il-kwantità, l-ammont u l-oġġett, imma lejn il-persuna, u jagħraf il-profondità tal-persuna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Jalla l-Mulej li jara l-qalb juża l-istudju tagħkom għall-ġid tal-Knisja – L-Arċisqof

Quddiesa tal-gradwazzjoni tal-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Din l-armla li tant timpressjona lil Ġesù, u li x’aktarx tfakkru f’ommu, li dak iż-żmien kienet armla wkoll; tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix. L-offerta tagħha, hi offerta totali. Hi att ta’ fidi fil-providenza t’Alla. Il-Mulej iħares lejn il-kwalità ta’ din l-offerta, fil-konfront tal-kwantità ta’ ħaddieħor; japprezza s-sinifikat profond ta’ min jagħti dak kollu li jista’ u bil-qalb. Għandna ħafna x’nitgħallmu minn din l-armla li tibqa’ mingħajr isem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 2, 31-45
Salm: Dan 3, 57.58.59.60.61

L-Evanġelju: Lq 21, 5-11

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

L-Arċisqof fi Kristu Re: Il-verità hi l-proġett ta’ mħabba ta’ Alla għalina

  Il‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma’ leħni” (Ġw 18:37). Ġesù qed jgħid dan il-kliem f’mument ta’ umiljazzjoni kbira: arrestat, imżeblah, ikkalunjat u jġibuh quddiem il-Gvernatur Pilatu.

Wara li għadda lejl fil-ħabs tal-qassis il-kbir, wara li wieħed mill-għeżież ħbieb tiegħu ċaħdu b’bewsa fil-ġnien fejn kien imdorri jmur biex jitlob, wara agunija u ansjetà psikoloġika kbira — tant li għeraq l-għaraq tad-demm — u wara ġudizzju farsa, jittieħed quddiem il-gvernatur għax hemm bżonn li jinqatel… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Biex issaltan trid taqdi

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, l-aħħar Ħadd tas-Sena Liturġika, jilħaq il-quċċata tiegħu bl-istqarrija ta’ Ġesù li jgħid: “Jien Sultan” (Ġw 18:37). Hu jgħid dal-kliem quddiem Pilatu, filwaqt li l-folla qed tgħajjat biex tikkundannah għall-mewt. Hu jgħid: “Jien Sultan”, u l-folla tgħajjat biex tikkundannah għall-mewt: x’kuntrast! Waslet is-siegħa. Donnu jidher li qabel Ġesù ma riedx li n-nies jaħtruh sultan: nitfakru f’dik id-darba meta wara t-tkattir tal-ħobż u l-ħut, hu warrab għalin innifsu biex jitlob (cfr Ġw 6:14-15)… Kompli aqra »

L-imħabba hi l-qawwa tas-saltna tiegħu – l-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta niċċelebraw is-solennità ta’ Kristu Sultan, x’qed nifhmu bi ‘Kristu Sultan’?

Nistedinkom tħarsu lejn l-artal u nippruvaw naraw liema hi l-aħjar rappreżentazzjoni ta’ Kristu Sultan. Żgur li għajnejna jmorru mill-ewwel fuq dik il-kuruna li hemm taħt l-artal, li mhux soltu tkun hemm, u qiegħda hemm proprju għall-festa tal-lum. Din tfakkarna fl-idea tagħna ta’ sultan. Forsi ngħidu: dik hi li tfakkarna li Kristu hu sultan… Kompli aqra »

Wirja tal-arti b’risq id-Dar tal-Providenza

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza li qed tittella’ fil-foyer tal-Parlament ta’ Malta.

Il-wirja, li se ddum miftuħa sas-26 ta’ Diċembru, tinkludi arti li se jinbiegħu permezz ta’ rkant li se jsir onlajn fl-1 ta’ Jannar.

Aktar informazzjoni dwar l-irkant jista’ jinkiseb billi żżur is-sit elettroniku tad-Dar tal-Providenza www.dtpauction.com kif ukoll www.belgraviaauctions.com.

Il-pubbliku jista’ jżur din il-wirja fil-Parlament ta’ Malta, matul il-ġimgħa bejn id-9.00am u l-5.00pm u s-Sibtijiet u l-Ħdud bejn id-9.00am u n-12.30pm. 

L-Ispeaker, fid-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni, faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu għall-kura tal-morda u favur il-persuni b’diżabilità. 

Semma wkoll kif il-Monsinjur kien għalliem, u xandar u farraġ lill-morda, lill-persuni b’diżabilità u lil qrabathom, filwaqt li kien jisħaq li l-persuni b’diżabilità għandhom jiksbu r-rispett li jixraqilhom u jingħataw l-għajnuna ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 1, 1-6, 8-20
Salm: Dan 3, 52.53.54.55.56

L-Evanġelju: Lq 21, 1-4

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”… Kompli aqra »