Arkivji mensili: Novembru 2021

Il-Papa fl-Udjenza: San Ġużepp fl-istorja tas-salvazzjoni

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-Erbgħa li għaddiet bdejna ċ-ċiklu ta’ katekeżi fuq il-figura ta’ San Ġużepp – wasalna fit-tmiem tas-Sena ddedikata lilu –. Illum inkomplu b’din il-mixja u nieqfu fuq ir-rwol tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni.

Ġesù fil-Vanġeli hu indikat bħala “bin Ġużeppi” (Lq 3:23; 4:22; Ġw 1:45; 6:42) u “bin il-mastrudaxxa” (Mt 13:55; Mk 6:3). L-evanġelisti Mattew u Luqa, meta jirrakkontaw it-tfulija ta’ Ġesù, jagħtu spazju lir-rwol ta’ Ġużeppi… Kompli aqra »

Live: Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Inawgurat u mbierek iċ-Ċentru Tal-Ibwar

  Iċ-Ċentru tal-Ibwar, is-Siġġiewi

L-ewwel ċentru terapewtiku f’Malta għall-adolexxenti li jabbużaw mid-droga ġie inawgurat it-Tlieta 23 ta’ Novembru, 2021. Iċ-Ċentru tal-Ibwar, li ġie ddisinjat biex joffri l-aqwa u l-aħjar fir-rijabilitazzjoni taż-żgħażagħ, se jkun qed joffri programmi residenzjali u oħrajn ta’ matul il-jum għal aktar minn 20 żgħażagħ bejn it-12 u s-17-il sena.

Fiċ-ċentru, li hu mgħammar b’faċilitajiet moderni, sportivi, akkademiċi u ta’ snajja’, se jingħataw servizzi psikosoċjali lir-residenti u lill-familji tagħhom ukoll, biex l-għajnuna tingħata tkun waħda ħolistika… Kompli aqra »

Nippromwovu soċjetà li tgħożż u tieħu ħsieb dak li jkun – L-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Ibwar

  Iċ-Ċentru tal-Ibwar, is-Siġġiewi

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onor. Prim Ministru, Ministru, kollegi b’mod speċjali Anthony Gatt; nixtieq insellem żewġ persuni: Mons. Victor Grech u lill-Eċċellenza tiegħu l-President Emeritu George Abela. Nixtieq nagħtuhom ċapċipa, jekk ma jimpurtax.

Nixtieq nirringrazzja ħafna lill-Istat, li meta ra l-bżonn li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom faċilità biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom, iddeċieda jinvesti u jinvesti bil-kbir. Nirringrazzja wkoll lill-Istat talli afda lill-Caritas, li mhux biss toħlom, biex ngħid bl-Ingliż to dream big, imma li tfittex l-kompetenza biex dan il-post u dan l-ambjent ikun ambjent ta’ suċċess b’risq iż-żgħażagħ tagħna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 5, 1-6.13-14.16-17.23-28
Salm: Dan 3, 62.63.64.65.66.67

L-Evanġelju: Lq 21, 12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

49 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

49 persuna temmew b’suċċess wieħed mis‑sitt korsijiet li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret ilbieraħ, it‑Tnejn 22 ta’ Novembru 2021, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u tmexxiet mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna. Iċ‑ċerimonja bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu: fl‑oqsma tal‑familja, it‑teoloġija, l‑ekumeniżmu, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, l‑istudji fl‑ispiritwalità Injazjana, u l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti… Kompli aqra »

L-ikbar preparazzjoni għat-tmiem hi li tgħix fil-paċi – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Lejn l-aħħar ta’ kull Evanġelju – għandna erba’ Evanġelji b’mod speċjali l-ewwel tlieta – jagħtuna kliem ta’ Ġesù li jitkellem dwar it-tmiem u fl-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika li qegħdin fiha bħalissa, il-Knisja taqralna u fil-quddiesa nisimgħu dawn is-siltiet.

Irridu napperezzaw li l-kliem ta’ Ġesù jirreferi għal żewġ affarijiet u ħafna drabi dawn ikunu minsuġa waħda mal-oħra: it-tmiem ta’ Ġerusalemm, il-qerda ta’ Ġerusalemm li seħħet storikament taħt l-imperatur Titu fis-sena 70… Kompli aqra »

Spazju miftuħ għall-familji fil-knisja f’Tal-Pietà

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima, Tal-Pietà

Se jsir proġett ġdid ta’ tħaddir urban fi spazju miftuħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima, Tal-Pietà. Fi stqarrija tal-Ministeru għall-Ambjent intqal li dan se jservi bħala spazju miftuħ sostenibbli li se jiġi implimentat minn Ambjent Malta.

Dan il-proġett tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia li spjega li dan se jsir b’ investiment ta’ iktar minn €100,000 jinkludi l-ħolqien ta’ spazju miftuħ aħdar, l-installazzjoni ta’ tankijiet tal-ilma li jistgħu jaħżnu madwar 15,000 litru ilma tax-xita, sistema ta’ tisqija u sistema tad-dawl ġdida… Kompli aqra »

Qalb sinċiera u ġeneruża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tefgħet aktar minnhom ilkoll”. Dan hu li Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum meta jitkellem fuq l-armla fqira li tefgħet biċċtejn żgħar tal-flus fit-teżor tat-tempju. Hu jqabbilha mal-għonja li wkoll tefgħu l-offerta tagħhom f’dan it-teżor. Jgħid “tefgħet aktar”. Imma veru tefgħet aktar? Jekk tqis l-ammont, il-kwantità, tefgħet inqas!

Għaliex Ġesù jgħid “tefgħet aktar”? Għax Ġesù ma jħarisx lejn il-kwantità, l-ammont u l-oġġett, imma lejn il-persuna, u jagħraf il-profondità tal-persuna… Kompli aqra »