Arkivji mensili: Novembru 2021

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 2, 1-5
Salm: 121 (122), 1-2.3-4a. 4b-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 8, 5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”. Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq… Kompli aqra »

Iridna nistennewh b’għajnejna miftuħa – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella ta' Marija Addolarata, iċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena ħafna mill-Ħdud, nhar ta’ Ħadd se naqraw mill-Evanġelju ta’ San Luqa. Għandna tliet snin li fihom il-Knisja taqralna siltiet mill-Evanġelju ta’ San Mattew, imbagħad l-Evanġelju ta’ San Mark, li għamilna s-sena li għaddiet, u dis-sena bdejna s-sena ddedikata lil San Luqa.

Din is-silta li għadu kif qara l-arċipriet, hi meħuda mill-kapitlu 21 ta’ Luqa, qegħdin lejn l-aħħar tal-Evanġelju… Kompli aqra »

Filmat: Għajnuna lill-ommijiet li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli waqt it-tqala

Servizz offrut lill-ġenituri minn entitajiet differenti

  Dar Nazaret, Ħal Tarxien

Minn għada t‑Tnejn, 29 ta’ Novembru 2021, fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien se tibda tingħata għajnuna professjonali u emozzjonali lill‑ommijiet li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli waqt it‑tqala, kif ukoll lill‑missirijiet. Il‑ġenituri se jingħataw l‑għajnuna meħtieġa permezz ta’ appoġġ emozzjonali, kura pastorali u counselling, kif ukoll provvista ta’ oġġetti relatati ma’ qabel u wara t‑twelid tat‑tarbija. Dan is‑servizz se jingħata mill‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien flimkien ma’ parroċċi oħra, u b’kollaborazzjoni ma’ LifeNetwork Foundation, St Jeanne Antide Foundation u Caritas Malta… Kompli aqra »

30 sena mill-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja

Newsbook.com.mt jistaqsi x’importanza għandu llum dan il-ftehim

In-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Pier Luigi Celata u l-Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami jiffirmaw il-ftehim bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta – 28 ta’ Novembru 1991

Bħal-lum tletin sena ilu ġew iffirmati żewġ ftehim bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta, wieħed dwar l-iskejjel tal-Knisja u l-ieħor dwar trasferiment ta’ proprjetà tal-Knisja lill-Istat Malti. Dawn ġew iffirmati fit-28 ta’ Novembru 1991, fil-Berġa ta’ Kastilja, min-Nunzju Appostoliku Pier Luigi Celata f’isem is-Santa Sede, u mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami f’isem l-Istat Malti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Novembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 33:14-16
Salm: 24(25):4bċ-5ab,8-9,10,14
It-Tieni Qari: 1 Tess 3:12–4:2

L-Evanġelju: Lq 21:25-28,34-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ikun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb. Il-ġnus fuq l-art, b’qalbhom ittaqtaq, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa bil-biża’ billi jobsru xi jkun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu… Kompli aqra »

Kliemu ma jgħaddix – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sema u l-art jgħaddu imma kliemi ma jgħaddix”. Dan hu li smajna lil Ġesù jgħid illum fl-Evanġelju, fl-aħħar sentenza, wara li qal lid-dixxipli biex iħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra, u minnhom jitgħallmu jaqraw ukoll is-sinjali taż-żmien. Imbagħad jgħid li s-sema u l-art jgħaddu, jiġifieri s-siġar ukoll jgħaddu, imma kliemu ma jgħaddix.

Ħa nħarsu l-ewwel lejn dan is-sinjal li qed jgħid Ġesù… Kompli aqra »

It-team tal-HR tal-Arċidjoċesi ta’ Malta mogħti l-HR Quality Mark

The HR Team of the Archbishop’s Curia – Archdiocese of Malta: (left) Dorianne Caruana, Ruth d’Amato, Dr Rebecca Gatt, Odienne Magro, Christine Sciberras

The human resources team of the Archbishop’s Curia – Archdiocese of Malta has been awarded the HR Quality Mark on Friday 12 November 2021 at the FHRD HR 2021 Conference. The award was launched and is administered by the Foundation for Human Resources Development (FHRD)… Kompli aqra »

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent – 28 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella ta' Marija Addolorata, Ħad-Dingli

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »