Arkivji mensili: Novembru 2021

L-Arċisqof fl-Assemblea: il-Knisja, waqt li tilqa’, trid titlob maħfra wkoll

Il-messaġġ tal-għeluq tal-Assemblea Djoċesana 2021

  Is-sala taċ-ĊAK, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tal-preżenza tagħkom u b’mod speċjali wkoll insellem lil dawk li qed isegwuna b’mod diġitali jew virtwali fuq iż-Zoom. Kont qed ngħid lill-Isqof Joe, li naħseb li dan hu l-futur tal-Assemblea, li tkun hybrid ukoll – li nagħtu l-possibbiltà anke b’mod virtwali li wieħed ikun jista’ jipparteċipa.

Il-fatt li tilqa’ ma jfissirx li tieqaf tisma’… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 4, 36-37.52-59
Salm: 1 Kron 29, 10.11abċ.11d-12a.12bċd

L-Evanġelju: Lq 19, 45-48

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

Il-Papa: Il-ġustizzja u l-paċi għandhom jegħlbu l-kuntradizzjonijiet politiċi u ekonomiċi

The Vatican Dicastery for Promoting Integral Human Development hosted a two-day online conference for Justice and Peace Commissions of national Catholic Bishops’ Conferences.

Daniel Darmanin and Mark Cachia from Justice and Peace (Malta) joined other participants from Europe, Africa, Oceania and Asia in an online conference for Justice and Peace Commissions which was hosted on Wednesday 17th and Thursday 18th November and focused on the challenges and possibilities facing humanity in the post-pandemic world… Kompli aqra »

Ritratti: Proprjetà tal-Knisja tinbidel f’ċentru ta’ matul il-jum u l-lejl għan-nies bid-dimensja

  Iċ-Ċentru Dun Karm Lia, Ħal Safi

L-Erbgħa 17 ta’ Novembru 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna bierek proprjetà tal-Knisja f’Ħal Safi li nbidlet f’ċentru li se joffri servizz ta’ respite lejl u nhar lill-persuni bid-dimensja. Iċ-ċentru se jkun qed jipprovdi appoġġ lil madwar 60 persuna fil-ġimgħa.

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onor. Ministru Michael Farrugia, Sindku Johan Mula, għażiż Kappillan Dun David Farrugia, nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom… Kompli aqra »

Immaġina ‘l Ġesù jaqbdek minn idek u jerfgħek meta tkun f’diffikultà – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-llum li tfakkar lil San Pietru u l-San Pawl tagħtina qari li wieħed jitkellem fuq San Pawl u l-ieħor jitkellem fuq San Pietru. L-ewwel qari li smajna llum hu għażiż ħafna għalina għax hu l-uniku qari matul is-sena fejn tissemma Malta. Aħna l-qari tal-10 ta’ Frar, ovvjament naqrawh kollu u nieħdu pjaċir nisimgħu li “meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta” (Atti 28:1)… Kompli aqra »

Jiltaqa’ l-Kapitlu Provinċjali tal-Karmelitani

Il-Kapitlu Provinċjali tal-patrijiet Karmelitani ltaqa’ nhar it-Tnejn 15 ta’ Novembru 2021, biex jaħtar il-Provinċjal, kif ukoll jagħmel evalwazzjoni tat-tliet snin li għaddew, u programmazzjoni tad-direzzjoni li jixtieq jieħu matul it-tliet snin li ġejjin. Il-Kapitlu qed jiltaqa’ taħt il-presidenza ta’ Patri Conrad Mutizamhepo, Delegat tal-Pirjol Ġenerali tal-Ordni P. Míċéal O’Neill, assistit minn Patri Richard Byrne, Kunsillier Ġenerali għall-Ewropa. Il-Kapitlu Provinċjali hu l-ogħla awtorità fost il-Karmelitani Maltin u jsir kull tliet snin… Kompli aqra »

Il-Kunvent ta’ Santu Wistin jinbidel f’Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Komunità

  Il-Kunvent ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta

Ritratt: DOI – Kian Bugeja

Il-Kunvent ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta se jinbidel f’Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Komunità. Il-proġett ta’ restawr f’dan il-kunvent wasal fl-aħħar fażi tiegħu.

Il-proġett se jiswa total ta’ €2.3 miljun, li €1.5 miljun minnhom ġejjin mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi żar dawn ix-xogħlijiet u spjega li dan il-proġett qed jitmexxa mill-Fondazzjoni Soċjokulturali Ambjentali Agustinjana (FSKAA). 

Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ dawn il-fondi l-wirt kulturali tal-gżejjer Maltin qed ikun ikkonservat permezz tar-restawr li qed isir… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 2, 15-29
Salm: 49 (50), 1-2.5-6.14-15

L-Evanġelju: Lq 19, 41-44

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal qrib il-belt ta’ Ġerusalemm u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “Mhux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk! Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek”… Kompli aqra »