Yearly Archives: 2021

“Mulej, tħallini qatt, jekk jogħġbok, ninfired minnek” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ħames Ħadd tal-Għid

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù juża xbieha li għan-nies ta’ żmienu, imma anke għalina nies tal-Mediterran, hija faċli biex nifhmuha. Nafu li d-dielja li tagħmel frott bnin, l-għeneb li minnu aħna nieħdu l-inbid li jferraħ qalb il-bniedem, għandha bżonn iż-żabra. Imma nafu wkoll li jekk il-friegħi mhumiex imqabbdin mad-dielja qatt mhu se jagħmlu l-frott.

Għalhekk, il-Mulej jimmaġina li huwa d-dielja u Missieru huwa l-bidwi… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 2 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Mejju

Qari tal-jum
Il-Ħames Ħadd tal-Għid

L-Ewwel Qari: Atti 9:26-31
Salm: 21(22):26b-27,28,30,31-32
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:18-24

L-Evanġelju: Ġw 15:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom… Kompli aqra »

Par idejn bieżla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-vara sabiħa ta’ San Ġużepp Ħaddiem li hawn f’din il-parroċċa, li s-sena d-dieħla jaħbat il-50 sena minn meta waslet u ħarġet l-ewwel darba fil-purċissjoni, hi vara unika fost il-vari titulari ta’ pajjiżna għax hi l-unika waħda li turi lil San Ġużepp bħala ħaddiem. Meta tħares lejha, tinduna li diġà hemm messaġġ importanti ħafna għalina, għall-ħajja tagħna. Nixtieq li nħares biss lejn dettall partikulari ta’ din il-vara – iż-żewġ idejn ta’ San Ġużepp, par idejn bieżla, li juruk diġà min-naħa San Ġużepp li hu l-missier putattiv ta’ Ġesù, u min-naħa l-oħra San Ġużepp mastrudaxxa, San Ġużepp ħaddiem… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem – 1 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

Qari tal-jum
San Ġużepp Ħaddiem

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 26-2, 3 jew Kol 3, 14-15. 17. 23-24
Salm: 89, 2-4. 12. 1. 16

L-Evanġelju: Mt 13, 54-56

F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu: “Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-għeġubijiet? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Mejju 2021

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Kliem li jagħmlilna l-qalb – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifikira ta' Papa San Piju V

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kliem ta’ Ġesù hu kliem ta’ inkoraġġiment lid-dixxipli, u lilna wkoll. Tajjeb li nifhmu l-kuntest ta’ dan li qed jgħid Ġesù. Kien għadu kif qal lid-dixxipli, ftit qabel, li sejjer, u qalilhom “fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu”. Dan ħoloq ħafna mistoqsijiet, Pietru l-ewwel wieħed qallu: “Fejn sejjer, Mulej?” U Tumas qallu: “Aħna ma nafux fejn inti sejjer.”

Ġesù għaraf dan, li d-dixxipli kienu mħawdin, imbeżżgħin, konfużi… Kompli aqra »

L-importanza li nisimgħu lit-tfal – L-Isqof Galea-Curmi

Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju fi tmiem il-webinar 'Knisja li Tisma''

Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jien nixtieq nirringrazzjakom ħafna. Nirringrazzja lill-grupp organizzattiv, lil min ta l-kontribut tiegħu anke permezz tal-ideat u permezz taċ-chats; u fuq kollox lil dawk kollha li semgħu, għax aħna Knisja li tisma’, u hemm bżonn nisimgħu ħafna. Jiena naħseb dawn it-tliet punti – li nisimgħu l-Kelma t’Alla, nisimgħu lil xulxin u nisimgħu r-realtà ta’ madwarna – huma ta’ għajnuna kbira għalina fil-missjoni tagħna, kull fejn aħna, ilkoll kemm aħna… Kompli aqra »