Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħadd 2 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella
tal‑Madonna tal‑Mirakli, Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM2.

Is‑Sibt 8 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal‑ordinazzjoni presbiterali ta’ erba’ saċerdoti ġodda, fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħadd 9 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella ta’ Dar Ġesù Nazzarenu, iż‑Żejtun, u wara jinawgura x‑xelter ‘Il‑Milja’ mmexxi mill-entità tal-Knisja Fondazzjoni Sebħ. Il‑quddiesa u l‑inawgurazzjoni se jixxandru fuq TVM2. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Bartilmew, Ħal Għargħur.

It‑Tnejn 10 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., festa ta’ San Ġorġ Preca (li din is-sena ġiet trasferita), Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Awditorju tad-Dar Ċentrali tal-MUSEUM, il‑Blata l‑Bajda. Din tixxandar fuq TVM2.

It‑Tlieta 11 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Katald, ir‑Rabat. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħamis 13 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla flimkien mas‑saċerdoti novelli, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa 14 ta’ Mejju, fis‑7:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑iskola St Michael Foundation, fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Is‑Sibt 15 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal‑ordinazzjoni djakonali ta’ żewġ djakni ġodda, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħadd 16 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella
tal‑Madonna tal‑Mirakli, Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM2. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Bartilmew, Ħal Għargħur.

It‑Tlieta 18 ta’ Mejju, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑ewwel Tlieta ta’ San Duminku, bħala parti miċ‑ċelebrazzjoniijiet f’għeluq it‑800 sena mill‑mewt ta’ San Duminku, u wara jinawgura l‑pittura tal‑artal ta’ San Duminku, fil‑Knisja tal‑Lunzjata,
il‑Birgu.

Il‑Ħamis 20 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, waqt il‑live‑in annwali tal‑kappillani. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa 21 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, l‑Imġarr.

Is‑Sibt 22 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, l‑Imġarr.

Il‑Ħadd 23 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Għid il‑Ħamsin fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, li matulha jamministra
s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu. Din tixxandar fuq TVM2. Fl‑4:30 p.m. u fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra
s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lil żewġ gruppi ta’ adolexxenti, fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, f’San Pawl tat‑Tarġa, in‑Naxxar.

It‑Tnejn 24 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa bħala parti miċ‑ċelebrazzjoniijiet f’għeluq it‑800 sena mill‑mewt ta’ San Duminku, fil‑Knisja tal‑Madonna tal‑Għar, ir‑Rabat.

It‑Tlieta 25 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jitlob ir‑rużarju flimkien mal-Isqfijiet Maltin, mis‑Santwarju tal‑Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, bħala parti mill‑‘katina ta’ talb’ li nieda l‑Papa Franġisku matul ix‑xahar ta’ Mejju. Wara, jiċċelebra quddiesa fl‑istess santwarju b’talb għall‑għalliema u l‑edukaturi.

Il‑Ħamis 27 ta’ Mejju, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid.

Il‑Ħadd 30 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella
tal‑Madonna tal‑Mirakli, Ħal Lija.

It‑Tnejn 31 ta’ Mejju, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella
tad‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara, li matulha Lorna Cassar tagħmel il‑professjoni temporanja mal‑Qaddejja taċ‑Ċenaklu.