Yearly Archives: 2021

L-Arċisqof Emeritu joħroġ mill-isptar

L-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. ilbieraħ filgħaxija ħareġ mill-Isptar Mater Dei u jinsab lura fir-residenza tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Huwa jirringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih f’dawn il-jiem. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 34-42
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Ġw 6, 1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.

Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 27-33
Salm: 33 (34), 2 u 9.17-18.19-20

L-Evanġelju: Ġw 3, 31-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Il-Knisja hi d-dar u l-iskola tat-talb

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Knisja hija skola kbira ta’ talb. Ħafna minna tgħallmu s-sillabi tal-ewwel talbiet fuq ħoġor il-ġenituri jew in-nanniet tagħhom. Forsi għadna ngħożżu t-tifkira ta’ ommna jew ta’ missierna jgħallmuna ngħidu xi talba qabel nidħlu norqdu. Dawn il-mumenti ta’ ġabra spiss huma dawk li fihom il-ġenituri jisimgħu lil uliedhom jafdawlhom xi ħaġa intima u jistgħu jagħtuhom il-parir tagħhom imnebbaħ mill-Vanġelu… Kompli aqra »

Postulatur ġdid għall-kawża ta’ beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna approva l-ħatra ta’ Patri Josef Sciberras bħala l-postulatur għall-kawża ta’ beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tal-koppja Henry u Inez Casolani.

Patri Josef Sciberras twieled tal-Pietà fl-1975, u huwa mill-Fgura. Fl-1992 daħal fil-komunità Agostinjana, fejn wara is-sena tan-novizzjat għamel l-ewwel professjoni tal-voti reliġjużi. Fl-1999 għamel il-professjoni solenni u rċieva l-ordinazzjoni presbiterali fil-Ġublew tas-sena 2000. Diversi huma l-ħidmiet li eżerċita fil-Provinċja Agostinjana ta’ Malta: Pirjol tal-kunvent tar-Rabat u Surmast tal-Formazzjoni tal-kandidati għal-ħajja reliġjuża Agostinjana, Segretarju u Arkivista Provinċjali, delegat provinċjali għall-patrimonju kulturali agostinjan, responsabbli mit-traduzzjoni tal-liturġija Agostinjana fl-ilsien Malti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 17-26
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

“Il-martri se jkunu dejjem magħna, aħna x’għażla ser nagħmlu?” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Martin I

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn il-ġranet qegħdin naqraw siltiet minn djalogu li sar billejl bejn Ġesù u Nikodemu. Nikodemu kien wieħed mill-għorrief tal-Liġi u nsibuh ukoll fil-Passjoni ta’ Ġesù, għax flimkien ma’ Ġużeppi ta’ Arimatija jmur għand Pilatu u jitolbu l-ġisem ta’ Ġesù. Nikodemu stess iġib fwejjaħ li jiswew ħafna flus. L-ammont li ġab Nikodemu għad-difna ta’ Ġesù kien l-ammont li jintuża għar-rejiet. Imma f’dan il-mument, fit-tielet kapitlu ta’ San Ġwann, l-Evanġelista jirrakontalna dan id-djalogu, li jikkonċentra fuq il-magħmudija… Kompli aqra »