Yearly Archives: 2021

Il-bluha ta’ Alla hi għarfa aktar mill-bnedmin – L-Isqof Galea-Curmi

L-Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-ewwel rappreżentazzjonijiet, l-iktar antiki, tal-kurċifiss, ħafna jaħsbu li tmur lura għas-seklu tlieta. Minquxa ma’ ħajt ta’ dar f’Ruma, kien qisu graffiti ta’ min ried jirredikola lill-Kurċifiss u lil xi ħaddieħor li kien sar Kattoliku. Kien żmien ta’ persekuzzjoni. Hemm rappreżentazzjoni ta’ xi ħadd imsallab u ħdejn is-salib hemm żagħżugħ; u dak li hu msallab għandu ras ta’ ħmar. Taħt, hemm miktub l-isem bil-Grieg: ‘Alexamenos iqim lil Alla tiegħu’… Kompli aqra »

F’din il-Ġimgħa l-Kbira niftakru f’min qed isofri fis-silenzju – L-Arċisqof

L-Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk jiena għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa’ jdejk fuqi?” (Ġw 18:23). Ġesù jgħid dawn il-kliem lil wieħed mill-għases li kien ħdejh quddiem il-qassis il-kbir u tah daqqa ta’ ħarta. “‘Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?’ U Ġesù qallu: ‘Jekk jien għedt xi ħaġa mhix sewwa, ureni fejn; imma jekk għedt is-sewwa għaliex terfa’ jdejk fuqi?’” (Ġw 18:22-23)… Kompli aqra »

L-għanja tal-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wieħed mir-ritratti l-iktar espressivi li kien hawn f’dawn l-aħħar ġimgħat fuq il-media soċjali, li għandu x’jaqsam mal-Knisja, kien ta’ raġel għarkubbtejh quddiem bieb magħluq ta’ knisja, iħares lejn il-bieb. Min qiegħdu fuq il-media soċjali kellu l-iskop li juri d-diżappunt li l-knejjes, għal dawn l-aħħar ġimgħat, ma kinux qed jilqgħu nies għal ċelebrazzjonijiet liturġiċi, il-kongregazzjoni ma kinetx qed tiltaqa’ fil-knisja.

Ma nafx jekk dak ir-ritratt itteħidx Malta jew barra minn Malta… Kompli aqra »

L-Evanġelju fil-Ġimgħa l-Kbira: 2 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira – Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52, 13 – 53, 12
Salm: 30 (31), 2.6.12-13.15-16.17. 25
It-Tieni Qari: Lhud 4, 14-16; 5, 7-9

L-Evanġelju: Ġw 18, 1 – 19, 42
Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann  

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

Id-dritt li tqim lil Alla ħaj hu essenzjali daqs il-ħajja, iktar mill-banka tal-lottu u s-supermarkets – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Ikla tal-Mulej f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin infakkru l-mument meta Ġesù jirrealizza “li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier” (Ġw 13:1). Din hija l-mogħdija, l-Għid. Li aħna qegħdin niċċelebraw. “Is-siegħa tal-Mulej li fiha jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier”. San Ġwann stess, f’dan il-kapitlu 13 li għadna kemm qrajna, ifehimna li din il-mogħdija – dan il-passaġġ, din il-pasha, dan l-Għid – minn din id-dinja għal għand il-Missier, kienet pellegrinaġġ, proċess ta’ mħabba… Kompli aqra »

Proposta li tinnormalizza l-użu u tista’ tolqot ħażin lis-soċjetà

Reazzjoni ta’ Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta dwar il-White Paper dwar l-użu tal-Cannabis.

L-organizzazzjonijiet imsemmija jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar numru ta’ riformi hekk proposti fil-White Paper dwar ‘l-użu responsabbli tal-Cannabis’. Din il-White Paper tipproponi bidla fundamentali fid-direzzjoni lejn iktar aċċettazzjoni tal-kultura tal-użu tal-Cannabis.

F’soċjetà demokratika nirrispettaw id-djalogu u nifhmu li l-politiku jiġi konfrontat b’vuċijiet u interessi diversi… Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka: l-offerta tagħna hi f’bieqja mxaqqgħa; mix-xquq jiddi d-dawl tal-ħniena tal-Mulej

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bagħatni ndewwi l-qalb miksura” (Iż 61:1). Dan il-kliem tal-Profeta Iżaija jseħħ illum aħna u nisimgħu għaliex qegħdin inkomplu l-missjoni ta’ Ġesù. Il-jum ta’ Ġesù huwa dejjem magħna. Din il-kitba tal-Profeta Iżaija, li Ġesù jaddotta bħala kitba programmatika għalih, issir ukoll il-programm tal-ħidma tagħna u tal-preżenza tagħna fost il-poplu.

“Bagħatni ndewwi l-qalb miksura”. Aħna nafu li l-ħajja tlaqqagħna ma’ tant qlub li huma maqsuma u mhux biss miksura, anke fostna, forsi minħabba kelma żejda ta’ xi ħadd minna… Kompli aqra »

Quddies f’Ħamis ix-Xirka – 1 ta’ April

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Quddiesa tal-Griżma bit-tberik taż-żjut fid-9:30am Quddiesa fit-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej fis-6pm Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Ħamis ix-Xirka: 1 ta’ April

Ħamis ix-Xirka – Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 12, 1-8.11-14
Salm: 115 (116), 12-13.15-16bċ.17-18
It-Tieni Qari: 1 Kor 11, 23-26

L-Evanġelju: Ġw 13, 1-15

Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar… Kompli aqra »