Iftħu qalbkom għall-fqir – L-Arċisqof lill-istudenti universitarji
Quddiesa f'għeluq il-120 anniversarju tal-Kunsill Studenti Universitarji
25/02/2021 Il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù juża żewġ elementi min-natura u jgħid min aħna. L-identità tagħna tinġabar f’dawn iż-żewġ elementi li jsemmi Ġesù: il-melħ. Mhux se nidħol f’polemika mat-tobba li jgħidulna tiħux ħafna melħ. Wara kollox, fl-università jekk titgħallem xi ħaġa hija li tirrispetta x-xjenza. Jekk trid ikun bniedem tassew ta’ fidi, qatt m’għandek tiddisprezza l-għerf li hemm fil-ħolqien. Min huwa tassew xjenzjat jogħxa bl-istraordinarjetà ta’ dak li hemm fil-ħolqien… Kompli aqra »