Yearly Archives: 2021

President ġdid għal Moviment ta’ Kana

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dr Joe Cassar bħala l‑President tal‑Moviment ta’ Kana. Huwa ħa post Dr Arthur Galea Salomone li kien ilu tmien snin fil‑kariga.

Il‑Moviment ta’ Kana huwa għaqda mhux governattiva tal‑Knisja f’Malta li ilu jaħdem mal‑familji għal dawn l‑aħħar 68 sena. Fost is‑servizzi li joffri hemm il‑korsijiet ta’ tħejjija għaż‑żwieġ, il‑formazzjoni lill‑koppji u lill‑familji, counselling għall‑persuni kollha li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet personali u familjari, kif ukoll ħidma mill‑qrib mal‑parroċċi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 7, 1-3.15-17
Salm: 109 (110), 1.2.3.4

L-Evanġelju: Mk 3, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh. Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs”. Imbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? … Kompli aqra »

Fl-2020 LifeLine Malta tgħin 70 familja u ssalva 30 tarbija mir-riskju ta’ abort

Pregnancy Help Week 18-22 January 2021

Helping women in crisis pregnancy saves lives. This is the theme for Pregnancy Help Week 18-22 January 2021. During this week, LifeLine Malta will be releasing a series of testimonies from the women who were in a crisis pregnancy and considering abortion, some of whom had already purchased abortion pills but did not take them after counseling.

Women who find themselves in a crisis pregnancy need practical help, support and compassion, especially in situations when they are alone, are abandoned by a partner or have financial problems… Kompli aqra »

Alla ma jinsiex l-imħabba li nuru għal xulxin – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna fil-bidu tal-Evanġelju skont San Mark u mill-ewwel jibda argument kbir li jwassal ’l Ġesù għal fuq is-salib: il-libertà li kellu li jipproteġi l-bniedem u jpoġġi fit-tieni post il-Liġi tas-Sibt.

Il-Liġi tas-Sibt kienet liġi importanti ħafna għall-poplu Lhudi – għadha sallum – għaliex fil-jum tas-Sibt Alla strieħ u allura l-bniedem ukoll huwa msejjaħ li jistrieħ, eżempju ma stajtx tagħmel xogħol ta’ ħsad… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 6, 10-20
Salm: 110 (111), 1-2.4-5.9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 2, 23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”… Kompli aqra »

Nibqgħu fl-imħabba tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-bidu tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù jitkellem fuq id-dielja u l-friegħi biex ifisser b’mod qawwi r-rabta tad-dixxipli miegħu, u għalhekk tagħna, aħna li lkoll dixxipli. Qed juri ċar li aħna għandna nkunu f’rabta intima miegħu, u minnu nirċievu l-ħajja, bħalma l-friegħi jirċievu l-ħajja mid-dielja.

Hekk biss jista’ jkollna l-ħajja, u hekk biss ikollna skop bħala dixxipli tiegħu. Fil-fatt, hu jgħid – u din hi l-esperjenza tagħna wkoll bħala dixxipli – li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn… Kompli aqra »

13-il Nisrani maqtula kuljum madwar id-dinja minħabba l-fidi

L-Insara jimmarċjaw favur il-paċi u s-sigurtà f’Abuja fin-Niġerja s-sena li għaddiet

Kuljum, medja ta’ 13-il Nisrani madwar id-dinja jinqatlu minħabba l-fidi tagħhom, 12-il knisja jew bini Nisrani jkunu attakkati, 12-il Kristjan jkunu arrestati jew jinżammu l-ħabs inġustament, filwaqt li 5 oħra jinħatfu.

Dawn iċ-ċifri huma parti mill-istatistika li tinsab fir-rapport annwali tal-‘World Watch List’ li għadu kemm kien ippubblikat minn Open Doors, organizzazzjoni volontarja li tagħti rendikont tal-persekuzzjoni kontra l-Insara, tiggwida t-talb, filwaqt li turi lil dawk li huma ppersegwitati li mhumiex minsija… Kompli aqra »

Ibqgħu miegħi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta' Burmarrad

  Il-Knisja Parrokkjali Tal-Qalb Bla Tebgha Ta’ Marija, Burmarrad

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dakinhar baqgħu miegħu.” Hekk naqraw fir-rakkont tal-Evanġelju skont San Ġwann li jurina l-ewwel dixxipli meta ltaqgħu ma’ Ġesù. Nixtieq li naħsbu fuq din is-silta, għax turina x’jiġifieri meta ngħidu li aħna dixxipli ta’ Ġesù, u x’jiġfieri wkoll il-komunità, li hi l-parroċċa, speċjalment fl-okkażjoni sabiħa li qed tiċċelebra l-ħamsin sena bħala parroċċa hawnhekk f’Burmarrad.

Dawn kienu tnejn mid-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista, li meta ra lil Ġesù għaddej, qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla”… Kompli aqra »