Yearly Archives: 2021

Mgħammdin fil-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Magħmudija tal-Mulej

  Il-Knisja ta' San Girgor, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jibda b’kelma qawwija ta’ Ġwanni l-Battista: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu” (Mark 1:7-8).

L-ewwel nett ejjew nifhmu xi tfisser il-kelma ‘magħmudija’. Fil-Grieg, li bih inkiteb il-Evanġelju, hemm il-kelma ‘baptizzo’ li tiffser li tgħaddas xi ħaġa jew lil xi ħadd… Kompli aqra »

Il-Papa dwar l-attakk fuq il-Kungress Amerikan: Irrifjutaw il-vjolenza, wasal iż-żmien għall-fejqan

Pope Francis says the unfolding of events on Capitol Hill in Washington DC on 6 January “came as a surprise” to him. However, he noted, no society can consider itself immune from subversive elements.

His words come as part of an interview conducted by the Italian “Canale 5” television network, which will be broadcast on Sunday evening.

Violence to be condemned

“I was amazed, because they are a people who are so disciplined in democracy,” said Pope Francis… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 10 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Knisja ta' San Girgor, iż-Żejtun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Jannar

Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55, 1-11
Salm: Iż 12, 2-3. 4bċd. 5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 5, 1-9

L-Evanġelju: Mk 1, 7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni l-Battistakien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu”… Kompli aqra »

Ifittex xi mkien imwarrab – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù li jfejjaq, Ġesù li jgħallem, Ġesù li jitlob. Dawn huma tliet aspetti importanti li naraw fir-rakkont mill-Evanġelju llum, li huma marbutin flimkien.

Ġesù li jfejjaq. Hawnhekk għandna r-rakkont ta’ dan il-bniedem marid bil-marda tal-lebbra, marda kerha li ma kienx hemm fejqan għaliha; imma hux hekk biss, kienet tfisser għal min ikun marid bil-lebbra li jkun emarġinat, maqtugħ, imwarrab… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 14-21
Salm: 149, 1-2.3-4.5 u 6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 3, 22-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs… Kompli aqra »

Id-deċiżjoni tal-Knisja dwar il-Komunità Ġesù Salvatur

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jikkonfermaw id-deċiżjoni li  jiddiżassoċjaw ruħhom mill‑Komunità Ġesù Salvatur. Dan wara li kummissjoni mwaqqfa mill‑Knisja semgħet l‑esperjenzi tal‑persuni kollha li xtaqu jiltaqgħu magħha, inkluż il‑mexxejja tal‑Komunità. Il‑kummissjoni tal‑Knisja kienet immexxija minn Mons. Hector Scerri, teologu u President tal‑Kummissjoni Dottrinali tal‑Konferenza Episkopali Maltija.

F’ħames xhur ta’ investigazzjoni ġie osservat li fil‑Komunità Ġesù Salvatur hemm għarfien żbaljat u mħawwad tat‑tagħlim tal‑Knisja, interpretazzjoni ħażina ta’ siltiet mill‑Iskrittura, u atteġġjament li jweġġa’ lil persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta’ sfida fil‑ħajja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 5-13
Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

L-Evanġelju: Lq 5, 12-16

Darba Ġesù kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih il-lebbra marritlu… Kompli aqra »

Il-qalb ta’ Ġesù: Qalb ta’ mogħdrija kbira – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Raymond ta' Penjafort

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin fl-aħħar jiem tal-istaġun tal-Milied, li aħna nsejħulhom il-jiem tal-Epifanija. Il-Ħadd li għadda, il-Knisja f’Malta — flimkien ma’ knejjes oħra li ma jiċċelebrawx il-festa ta-Tre Re fis-6 ta’ Jannar — iċċelebrat proprju l-festa tal-Epifanija, jiġifieri meta l-Mulej juri lilu nnifsu lil ġnus, lit-tliet slaten magi. Fl-istess ħin niċċelebraw ukoll il-misteru ta’ Alla li jsir bniedem u juri lilu nnifsu f’Ġesù ta’ Nazaret… Kompli aqra »