Nafdaw f’dak “li ħabbna, li ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta’ demmu” – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa ta' Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu
21/11/2021 Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina, iż-ŻejtunL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Lil dak li ħabbna, li ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta’ demmu, li għamilna Saltna, qassisin għal Alla tiegħu Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem” (Apok 1:5-6). Dan huwa l-kliem mill-aħħar ktieb tal-Bibbja, il-ktieb li għandu isem stramb, il-ktieb tal-Apokalissi, li tfisser li xi ħaġa tinfetaħ quddiemek u tagħraf x’inhi, rivelazzjoni.
F’dan l-aħħar ktieb hemm din is-sentenza li tiġbor dak li qegħdin niċċelebraw illum… Kompli aqra »