Yearly Archives: 2021

Quddiesa mill-Arċisqof mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fl-10 ta’ Novembru fis-6:30pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

Mhux il-paroli fl-imħabba imma l-għixien tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal-Parroċċa ta' Ħaż-Żebbuġ

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Filep ta' Agira, Ħaż-Żebbuġ

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Din hi l-kelma tal-Mulej Alla ta’ Iżrael: il-ġarra tad-dqiq ma tintemm qatt u l-kus taż-żejt ma jitbattalx sa dakinhar li l-Mulej jibgħat ix-xita fil-pajjiż” (1 Slat 17:14). Dan il-kliem il-Mulej jgħidhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’sitwazzjoni ta’ karistija, f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ xita. In-nuqqas tax-xita kien ifisser nuqqas ta’ ikel, nuqqas ta’ frott fir-raba’.

Elija jmur f’belt, f’ambjent ostili għall-bniedem għax m’għadux jagħti frott u jasal quddiem waħda armla tiġbor il-ħatab, il-ħuxlief niexef li baqa’ mill-ambjent li m’għadux jagħti frott għax m’hemmx xita, allura m’hemmx ilma… Kompli aqra »

L-allegati fenomeni f’Medjugorje

Il-pellegrinaġġ tal-Madonna ta’ Medjugorje

Dan l-aħħar kienu bosta dawk, fost il-qarrejja ta’ din il-gazzetta, li staqsew għal tagħrif dwar il-fenomeni ta’ Medjugorje, u x’inhi l-pożizzjoni tal-Knisja dwarhom. Il-fenomeni li tant intqal dwarhom fl-aħħar 40 sena bdew sewwasew fl-1981 fir-raħal ta’ Medjugorje li jinsab fid-djoċesi ta’ Mostar fil-Bosnija-Ħerzegovina. Meta beda l-allegat fenomenu kienet għadha teżisti l-Jugoslavja, pajjiż li aktar tard inqasam f’għadd ta’ pajjiżi indipendenti.

Il-fenomenu beda meta jingħad li l-Madonna dehret lil sitt żgħażagħ u waslitilhom bosta messaġġi tul is-snin sal-ġurnata tal-lum… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47: 1-2. 8-9. 12
Salm: 138 (139), 1-3.4-6.7-8.9-10

L-Evanġelju: Ġw 2,13-22.

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom:
«Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: «X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?»
Ġesù weġibhom: «Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.» Għalhekk il-Lhud qalulu: «Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?» Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

Ġebla tat-tħin f’qiegħ ta’ baħar – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jsemmi tliet punti importanti għal ħajjitna. L-ewwel, jitkellem fuq l-iskandlu, kemm hu ikrah l-iskandlu, u kemm jagħmel ħażin min jagħti skandlu. Jagħmel dan bi kliem iebes ħafna. Nafu li fl-Evanġelju, l-iktar kliem iebes ta’ Ġesù hu għall-ipokresija u għall-iskandlu. Hawn juża kliem qawwi, speċjalment meta jgħid: “ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar, milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin”… Kompli aqra »

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona jingħata l-Palma tad-Deheb ta’ Ġerusalemm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ngħata l-Palma tad-Deheb ta’ Ġerusalemm b’għarfien għas-servizz li ta lill-Knisja. Hu ngħata dan l-unur waqt l-investitura tal-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm, li saret is-Sibt, 6 ta’ Novembru, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il-Palma tad-Deheb hi meqjusa bħala l-ogħla unur fl-ordni. Wara, l-Arċisqof Emeritu kkonċelebra quddiesa mal-Arċisqof Charles Scicluna. Il-quddiesa tmexxiet mill-Kardinal Fernando Filoni, li hu Gran Mastru tal-istess ordni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: neħilsu s-sagru mir-rabta mal-flus

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Ix-xena li jiddeskrivilna l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum isseħħ ġot-Tempju ta’ Ġerusalemm.  Ġesù jħares, josserva dak li qed jiġri f’dal-post, l-aktar wieħed qaddis, u jara kif l-iskribi jħobbu joqogħdu jippassiġġaw biex jiġbdu l-attenzjoni, isellmulhom, juruhom rispett u biex ikollhom il-postijiet ta’ quddiem. U Ġesù jżid li “jberbqu ġid ir-romol u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu jitolbu ħafna” (Mk 12:40). Fl-istess ħin għajnejh jaqgħu fuq xena oħra: armla fqira, propju waħda minn dawk sfruttata mis-setgħana, titfa’ “kulma kellha biex tgħix” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 1, 1-7
Salm: 138 (139), 1-3.4-6.7-8.9-10

L-Evanġelju: Lq 17, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin.

Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu… Kompli aqra »