Yearly Archives: 2021

Qalb ġeneruża – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-32 Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju kemm-il darba nsibu lin-nies josservaw lil Ġesù, għajnejhom fih. Kultant insibu wkoll lil Ġesù li qed josserva x’qed jagħmlu n-nies. L-Evanġelju tal-lum hu każ minnhom. Hemm il-ġrajja ta’ meta Ġesù kien biswit it-tempju, iħares u jara lin-nies jitfgħu l-offerta tagħhom fit-teżor. U hemm Ġesù, li jara mhux biss dak li jidher minn barra imma r-realtà kollha. Seta’ jara kif dik l-armla li tefgħet biċċtejn żgħar, l-armla fqira, kienet ħafna aktar ġeneruża mill-għonja li kienu qed jitfgħu l-offerta tagħhom fit-tempju… Kompli aqra »

Mhux x’tagħti imma kemm tagħti mill-qalb – L-Arċisqof

Quddiesa fit-32 Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Karmnu, iċ-Ċimiterju tas-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fi żmien il-profeta Elija s-sinjal tal-grazzja t’Alla kienet ix-xita, u nistgħu ngħidu li l-Mulej berikna wkoll. Qed niftakar meta sar qaddis San Ġorġ Preca; iżjed ma tlabna biex tieqaf ix-xita, iżjed għamlet.

Illum Ġesù jinnota mara armla li meta naqra dan l-Evanġelju, dejjem nikkomwovi ruħi għax nifhem li meta raha, meta nnutaha, Ġesù ħaseb f’ommu li dak iż-żmien kienet armla… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 7 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Karmnu, iċ-Ċimiterju tas-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Novembru

It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 17:10-16
Salm: 145(146):7,8-9a,9bċ-10
It-Tieni Qari: Lhud 9:24-28

L-Evanġelju: Mk 12:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed jgħallem fit-tempju u jgħid: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu… Kompli aqra »

Ħajja vera ta’ servizz – L-Arċisqof

Quddiesa li fiha Fra Francis Vassallo jagħmel il-wegħdiet solenni bħala Kavallier Profess tal-Ordni ta’ San Ġwann

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Fra John, Honourable delegate, dear Francis, distinguished and most honorable guests, members of the Order of Malta,

The tax collectors and the sinners were all seeking the company of Jesus. I hope and pray, that we are amongst them. That we realise our indebtedness to Our Lord Jesus Christ, and his glorious passion and resurrection… Kompli aqra »

Ħaddem rasek – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-kappella fl-Isptar San Luqa, Tal-Pietà

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din il-parabbola li Ġesù qal fl-Evanġelju llum turina konċentrazzjoni ta’ ħażen, xibka ta’ ħażen. Għandna d-diżonestà, il-qerq, it-tberbiq ta’ ġid ħaddieħor, l-amministrazzjoni ħażina, il-korruzzjoni, u l-kompliċità. Kienu jeżistu fi żmien Ġesù, għadhom jeżistu wkoll fi żmienna.

Kien hemm dan l-amministratur li kellu l-akkuża li qed iberbaq ġid is-sid. Kienet akkuża vera? Mid-dehra kienet vera, għax donnu baqa’ sal-aħħar iberbaq il-ġid ta’ dan ir-raġel għani… Kompli aqra »

Il-Papa: Tbissima tista’ tagħti tifsira lil ġurnata ta’ xi ħadd marid

Pope Francis on Friday morning travelled to Rome’s Gemelli Catholic University Hospital to celebrate Holy Mass marking the 60th anniversary of the foundation of its Faculty of Medicine and Surgery, named for the Sacred Heart of Jesus.

The hospital, and its University campus, dedicated to the memory and vision of Father Agostino Gemelli,  is one of the most important and internationally acclaimed care providers in Italy… Kompli aqra »

It-tmiem tal-ippjanar f’Malta?

Riflessjoni mill-Kummissjoni Ambjent għall-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban 2021

In recent months the message from several Government officials has been that they have their hands ‘tied’ when it comes to changing certain development plans and policies. This self-freezing attitude is one of choice and is not imposed on them by any legislation. They also choose to take long in making the changes to other plans and policies that they had promised to change. Such an attitude gives the impression that plans and policies in Malta can never change and when changed, so much time would have passed that one wonders whether the underlying reason is a laissez-faire attitude that allows developers to plunder the country’s urban and natural environment at the expense of communities that live in the affected areas and the wider general public… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 16, 3-9.16.22-27
Salm: 144 (145), 2-3.4-5.10-11

L-Evanġelju: Lq 16, 9-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-kappella fl-Isptar San Luqa, Tal-Pietà

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »