Yearly Archives: 2021

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 15, 14-21
Salm: 97 (98), 1,2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Lq 16, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi”… Kompli aqra »

Il-fidi trid tkun l-għażla tiegħek magħmula b’intelliġenza – L-Arċisqof

Quddiesa fil-75 anniversarju tal-Iskola St Michael

  L-Iskola St Michael, Santa Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Surmast, staff ta’ din l-iskola għażiża, studenti, mistednin, saċerdoti, jiena m’għandix ħafna xi nżid ma’ l-ewwel att ta’ dan id-dramm sabiħ imma nixtieq nirriflettu ftit fuq tagħlima importanti li jagħtuna s-Sur Tonin jew is-Sur Agius u sħabu: li l-ħajja tkun sabiħa jekk tagħmel minnha għanja ta’ ġid skont kif isejjaħlek Alla.

Staqsi lilek innifsek, inti li inti żgħażugħ: jien kif nista’ f’ħajti minn issa nagħmel il-ġid? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 14, 7-12
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Lq 15, 1-10

F’dak iż-żmien, 1il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”.

U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Li temmen f’Ġesù jfisser li timxi warajh

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fis-silta mill-Ittra lill-Galatin li għadna kemm smajna, San Pawl isejjaħ lill-Insara biex jimxu fl-Ispirtu s-Santu (ara 5:16,25). Hu stil: nimxu flimkien fl-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt, li nemmu f’Ġesù jfisser nimxu warajh fit-triq tiegħu, kif għamlu l-ewwel dixxipli. U jfisser fl-istess waqt naħarbu t-triq opposta, dik tal-egoiżmu, ta’ min ifittex l-interessi tiegħu, li l-Appostlu jsejjaħ “passjonijiet tal-ġisem” (v… Kompli aqra »

Heritage Malta tippreżenta lill-Arċisqof ir-reġistrazzjoni tal-arma araldika ta’ kunjomu

Heritage Malta ppreżentat lill-Arċisqof Charles Jude Scicluna d-dokument li jirreġistra l-arma araldika ta’ kunjomu mal-Uffiċċju tal-Kap Araldista ta’ Malta. Il-kunjom ‘Scicluna’ huwa antik ħafna u aktarx oriġina fi Sqallija.

Il-preżentazzjoni saret fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, mill-Kap Araldista ta’ Malta, Dott. Charles A. Gauci, li l-uffiċċju tiegħu jaqa’ taħt Heritage Malta u jirregola l-emblemi araldiċi kollha fil-Gżejjer Maltin. Preżenti kien hemm ukoll Anthony Scicluna, Chairman ta’ Heritage Malta; Russell Muscat, Manager għar-Relazzjonijiet Internazzjonali ta’ Heritage Malta; u Roberto Buontempo, Logutenent tal-Ordni Santu Sepulkru ta’ Ġerusalem f’Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 13, 8-10
Salm: 111 (112), 1-2.4-5.9

L-Evanġelju: Lq 14, 25-33

F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu… Kompli aqra »

“Dan il-jum ifakkarna li l-Mulej se jħabbat ukoll fuq il-bieb tagħna” – L-Arċisqof fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha

  Il-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Erwieħ, Ħal Tarxien

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan huwa l-kliem għażiż li aħna u l-għeżież tagħna li ħallewna nisimgħu minn fomm Ġesù: “Tassew ngħidlek, illum tkun miegħi fil-ġenna” (Lq 23:43).

Dan il-kliem Ġesù qalu minn fuq is-salib ftit qabel ma hu wkoll għadda mill-bieb tal-mewt. Kien mument ta’ dgħufija kbira għalih, mument ta’ kundanna, mument ta’ tbatija ħarxa. Imma quddiem it-talba tal-ħalliel, il-qalb ta’ Ġesù ma setatx ħlief tinfetaħ mimlija ħniena, mogħdrija u maħfra… Kompli aqra »

Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha – 2 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien