L-għażla li nilqgħuh – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa Solennità tal-Milied
25/12/2021 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Ftit ta’ żmien ilu, kien hemm fl-aħbarijiet dokument li kien imħejji għall-uffiċċju fl-Ewropa li kien intenzjonat biex jagħti gwida lin-nies kif għandhom jitkellmu b’attenzjoni; u fost l-eżempji – eżempju żbaljat – kien hemm dak li jekk int qed titkellem ma’ xi ħadd li mhux tal-istess reliġjon, flok “Milied” tuża kelma oħra – pereżempju, “il-festi”. Mir-reazzjoni li kien hemm, kienet ovvja li dan kien eżempju żbaljat, għax jekk int qed titkellem fuq ġrajja partikulari – u l-Milied hu ġrajja unika fl-istorja tal-umanità – int tirreferi għaliha b’isimha, mhux taħbi isimha b’kelma oħra… Kompli aqra »