Yearly Archives: 2021

Il-Papa jesprimi mistħija li l-Knisja ma indirizzatx l-abbużi

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nerġgħu naqbdu llum ir-riflessjoni tagħna fuq l-Ittra lill-Galatin. Fiha, San Pawl kiteb kliem li ma jmut qatt dwar il-libertà Nisranija. X’inhi l-libertà Nisranija? Illum se nieqfu fuq din it-tema: il-libertà Nisranija.

Il-libertà hija teżor li napprezzawh tassew biss meta nitilfuh. Għal ħafna minna, li mdorrijin ngħixu fil-libertà, spiss tidher iżjed bħala dritt miksub milli bħala don u wirt li rridu nħarsu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1,12-14
Salm: Lq 1,46-55

L-Evanġelju: Lq 1,26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” 

Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu f’Tas-Sliema

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Patri Claudio Borg, Dumnikan, bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema.

Patri Claudio Borg twieled fit‑22 ta’ Awwissu 1963 u trabba fil‑parroċċa tas‑Sacro Cuor, Tas‑Sliema. Huwa studja l‑filosofija fl‑Università ta’ Malta u t‑teoloġija fl‑Università ta’ Bologna fl‑Italja.

Il‑formazzjoni reliġjuża tiegħu bdiet fl‑1986 fil‑Kunvent tal‑Madonna tal‑Għar, ir‑Rabat. Beda n‑novizzjat f’Settembru tal‑1988 u erba’ snin wara rċieva l‑Professjoni Solenni fl‑Ordni Dumnikan… Kompli aqra »

L-Armata hija garanzija li nibqgħu pajjiż ċivilizzat – L-Arċisqof f’Jum l-Armata

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“M’intix ’il bogħod mis-saltna ta’ Alla” (Mk 12: 34). Ġesù jgħid hekk lil dan l-għaref tal-liġi, dan il-kittieb, li rah kemm kien wieġeb bil-għaqal meta aċċetta l-parir ta’ Ġesù li jekk trid tifhem il-qofol tal-liġi, hemm kelma waħda biss: l-imħabba. “Mgħallem, għandek raġun tgħid li wieħed hemm kmandament u m’hemmx ieħor ħliefu. Iva li tħobb lilu,” lill-Mulej, “b’qalbek kollha, b’moħħok kollu, bil-qawwa tiegħek kollha u tħobb lill-għajrek bħalek innifsek, huwa l-aqwa, aqwa minn kull sagrifiċċju” (Mk 12:32-33)… Kompli aqra »

Il-Papa grat għall-kuraġġ tal-vittmi li kixfu l-abbużi ħalli l-Knisja tkun tista’ taqbad it-triq tal-fidwa

An independent commission established by French Catholic Bishops and religious has revealed that an estimated total of 330,000 people in France have been victims of sexual abuse within Church as children, and that between 2,900 and 3,200 priests and religious committed these crimes over a period of seventy years.

The Independent Commission on Sexual Abuse in the Church (CIASE) published its findings on Tuesday in a 2,500-page report after a two-and-a half-year investigation… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Franċiżi dwar l-abbużi sesswali fil-Knisja: “Fadal ħafna xi jsir qabel ma nittamaw li jkun jistħoqqilna l-maħfra tagħhom”

Mr. Jean-Mark Sauvé, president of CIASE  (AFP or licensors)

An estimated 216,000 children were victims of sexual violence by between 2,900 to 3,200 priests, men and women religious in France over the past 70 years. However, when the victims of attacks by “lay people working in Catholic Church institutions” were included, the figure rose to 330,000. These shocking “figures” were released on Tuesday, October 5, in Paris in a Report presented by Jean-Marc Sauvé, president of the Independent Commission on Sexual Abuses in the Church ( CISAE), to Monsignor Eric de Moulins-Beaufort, president of the Bishops’ Conference of France ( CEF), and to Sister Véronique Margron, president of the Conference of Men and Women Religious in France ( CORREF)… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 4, 1-11
Salm: 85 (86), 3-4.5-6.9-10

L-Evanġelju: Lq 11, 1-4

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”.

U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib”… Kompli aqra »

Jitlesta x-xogħol strutturali f’St Michael Hospice

L-Arċisqof iżur il-binja tal-Knisja mogħtija lil Hospice Malta għal kumpless ta' kura paljattiva

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna żar ix‑xogħlijiet fl‑Istitut Adelaide Cini f’Santa Venera, li l‑Knisja għaddiet lil Hospice Malta biex jitwaqqaf St Michael Hospice – l‑ewwel kumpless f’Malta li se jipprovdi kura paljattiva komprensiva. Ix‑xogħol strutturali fuq din l‑art tal‑Knisja mifruxa fuq medda ta’ 11,600 metru kwadru tlestew fl‑aħħar jiem biex issa l‑proġett se jgħaddi għall‑fażi li jmiss. Għalhekk issa se jibda x‑xogħol tad‑dawl, il‑pavimentar u l‑kisi, l‑installazzjoni tal‑lifts u tat‑tagħmir kollu meħtieġ sabiex St Michael Hospice jkun ċentru tal‑aqwa livell fil‑kura paljattiva… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Forzi Armati – 6 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »