Yearly Archives: 2021

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – 14 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu)

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus f’Budapest: Jalla s-Salib jorbot il-passat mal-futur tiegħek

Għeżież ħuti,

Il-kelma Ewkaristija tfisser “azzjoni ta’ grazzja” u fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni, li qed tagħlaq il-Kungress Ewkaristiku u ż-żjara tiegħi f’Budapest, irrid ngħid grazzi minn qalbi.  Grazzi lill-familja nisranija kbira Ungeriża li nixtieq inħaddanha bir-riti tagħha, bl-istorja tagħha f’ħutna kattoliċi u ta’ Konfessjonijiet oħra, ilkoll f’mixja lejn l-għaqda sħiħa.  F’das-sens irrid insellem minn qalbi lill-Patrijarka Bartilmew, Ħija, li onorana bil-preżenza tiegħu.  Grazzi partikolarment li maħbubin ħuti isqfijiet, lis-saċerdoti, lill-persuni konsagrati rġiel u nisa, u lilkom ilkoll, għeżież fidili!  Ringrazzjament kbir lil kull min ħawtel biex iseħħ dal-Kungress Ewkaristiku u għal dil-ġurnata… Kompli aqra »

Il-ħasda li kien fiha messaġġ qawwi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa tal-24 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandu mnejn ninħasdu bil-kliem li Ġesù qal lil Pietru, li kien wieħed mill-aktar ħbieb ta’ ġewwa miegħu, meta qallu: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan”. Ħa nifhmu sew x’ġara. L-ewwel, meta Ġesù staqsa lid-dixxipli x’jaħsbu n-nies, mir-risposti deher ċar li n-nies kellhom ħafna ideat żbaljati dwar min hu. Imma meta staqsa lid-dixxipli x’jaħsbu huma, Pietru kellu r-risposta preċiża: “Inti l-Messija”. Imbagħad, meta Ġesù beda jispjega xi tfisser li hu kien il-Messija u jgħid minn xiex kien se jgħaddi – ibati, jiċħduh, joqtluh – qabel ma jasal għall-glorja, Pietru ġibdu lejh u beda jlumu, u kien dan il-mument meta Ġesù qallu: “itlaq minn quddiemi, ja xitan”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 2, 1-8
Salm: 27 (28), 2.7.8-9

L-Evanġelju: Lq 7, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, 1meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga”… Kompli aqra »

Il-fedeltà fiż-żwieġ irħisa? – L-Arċisqof

Quddiesa tal-24 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma nafx jekk tinnutawx li s-saċerdot, mingħajr ħafna għajjat, meta jbus l-Evanġelju jgħid din it-talba li għadni kemm għedt jien ukoll: “Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna”. L-Evanġelju tal-lum hu wieħed minn dawk li jogħrokna għorka tajba.

L-ewwel nett Ġesù jagħmel mistoqsija lid-dixxipli li qegħdin isegwuh huma u sejrin post sabiħ ħafna taħt il-muntanji Ċesarija ta’ Filippu. Hu jsaqsihom :“Min jgħidu n-nies li jien?” (Mk 8:27)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 12 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Settembru

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 50:5-9a
Salm: 114(116):1-2,3-4,5-6,8-9
It-Tieni Qari: Ġak 2:14-18

L-Evanġelju: Mk 8:27-35

F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 1, 15-17
Salm: 112 (113), 1-2.3-4.5a u 6-7

L-Evanġelju: Lq 6, 43-49

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm… Kompli aqra »