Yearly Archives: 2021

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Ħatriet ġodda f’diversi parroċċi f’Malta

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Santa Luċija

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Ronnie Zammit bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Piju X, Santa Luċija.

Dun Ronnie Zammit twieled fid‑9 ta’ Marzu 1982. Huwa rċieva l‑formazzjoni għas‑saċerdozju fis‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u segwa l‑istudji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2009.

Dun Ronnie serva fil‑parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u kien viċi kappillan tal‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 13, 1-3a.25 -14, 1.26-30.34-35
Salm: 105 (106), 6-7a.13-14.21-22.23

L-Evanġelju: Mt 15, 21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”. Iżda hu ma weġibhiex kelma.

Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”… Kompli aqra »

Ktieb ġdid dwar ir-restawr li sar fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann għalqet 20 sena mit-twaqqif tagħha fil-31 ta’ Lulju 2021. Għall-okkażjoni nediet il-pubblikazzjoni The St John’s Co-Cathedral: Looking After a Cultural Gem – 20 Years of Restoration and Conservation.

Fl-indirizz tal-ftuħ, il-President tal-Fondazzjoni Prof. Mons. Emmanuel Agius, qal li “l-għan tal-pubblikazzjoni li nedejna hu li juri u jiddokumenta l-legat tal-programm estensiv u kompensiv ta’ restawr u konservazzjoni li wettqet il-Fondazzjoni matul dawn l-aħħar 20 sena… Kompli aqra »

Ġesù għandu l-qawwa jfejjaqna u jsalvana – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fir-rakkont li jagħtina San Mattew ta’ dan il-mument meta Ġesù jiltaqa’ ma sħabu fuq il-baħar, jidħol ukoll il-persunaġġ ta’ Pietru. Pietru donnu jagħmel sfida ħelwa lil Ġesù: “Jekk hu int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma”, “Ejja” (Mt 14:28-29).

Dik il-kelma hi kelma li Pietru semagħha: “Ejja warajja”. Din id-darba Ġesù jilqa’ l-isfida ħelwa ta’ Pietru u jagħtih l-istess qawwa tiegħu: li jimxi fuq l-ilma… Kompli aqra »

Ħarsa ta’ ħlewwa, mogħdrija u ħniena – L-Arċisqof

Quddiesa bl-ordinazzjoni djakonali ta' Patri Robert Calleja OFM Conv.

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Qalb Imqaddsa Ta' Marija, Burmarrad

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.” (Lq 1:49) Hekk kantajna fis-salm responsorjali, f’din il-festa ta’ Sidtna Marija tal-Anġli, li tfakkarna fil-Porziuncola, ġewwa Assisi, fl-inizjattiva feliċi ta’ San Franġisk, li joffri lil ħutu u lilna l-bieb tal-ħniena. Bieb miftuħ fuq il-ħniena ta’ Alla. Din hija waħda mill-festi l-kbar tal-ħniena ta’ Alla. Kull min f’dan il-jum, jew dawn il-jiem iżur il-parroċċa tiegħu, jaqla’ l-maħfra tat-tpattija kollha ta’ dnubietu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 12, 1-13
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.6bċ-7.12-13

L-Evanġelju: Mt 14, 22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu.

Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »

Fiduċja f’Alla u fina nfusna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Agħtuhom intom x’jieklu”. Dan kien il-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli, u nista’ nimmaġina x’għadda minn moħħhom. Dawn id-dixxipli kienu raw dik il-folla ta’ nies, kien qed isir il-ħin, kien post imwarrab, u allura lil Ġesù qalulu: ta’ min jitilqu u jmorru fl-irħula ħa jixtru x’jieklu. Kienu preokkkupati meta raw dik il-folla ta’ nies. U Ġesù ħareġ b’waħda tajba; qalilhom: “Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jinawgura l-pittura tal-koppla tal-knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il-Birgu

Il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna ppresjeda l-akkademja mużikali li saret fl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbiħ tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

Il-koppla tal-knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu nbniet fl-1954, wara li dik antika ġġarrfet kawża tal-attakk fuq HMS Illustrious f’Jannar 1941. Tħalliet fuq il-ġebla sakemm l-Arċipriet preżenti, il-Kan. Dun Karm Busuttil, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, daħlu għall-proġett tal-pittura, id-dekorazzjoni u l-induratura tagħha… Kompli aqra »