Yearly Archives: 2021

“Jiena magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien”

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku fl-ewwel Jum DInji tan-Nanniet u l-Anzjani

 Għeżież nanniet!

“Jien magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” (cfr Mt 28,20) hi l-wegħda li għamel il-Mulej lid-dixxipli qabel ma tela’ s-sema u li llum itennieha lilek, għażiż nannu, għażiża nanna.  Lilek.  “Jien magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” huwa wkoll kliem li bħala Isqof ta’ Ruma u anzjan bħalek nixtieq ngħidlek fl-okkażjoni ta’ dan l-Ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani:  il-Knisja kollha hi qribek – biex ngħiduha aħjar, tinsab qribna; tieħu ħsiebek, tixtieqlek il-ġid u ma tridx tħallik waħdek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 4, 42-44
Salm: 144(145), 10-11,15-16,17-18
It-Tieni Qari: Efes 4, 1-6

L-Evanġelju: Ġw 6, 1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

Sistema ġdida ta’ dawl mal-faċċata tal-Kurja tal-Arċisqof

Wara x-xogħol ta’ restawr tal-faċċata ewlenija tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, ġiet inawgurata sistema ġdida ta’ dawl. Din ikkoinċidiet mal-festa ta’ San Kalċedonju li qed tiġi ċċelebrata llum (24 ta’ Lulju) u li l-fdalijiet tiegħu jinsabu fil-kappella tal-Kurja. Ġie inawgurat ukoll ir-restawr li sar fuq il-ħajt tal-ġenb tal-Kurja fi Triq Oliver Friggieri, li sa ftit ilu kienet Triq l-Argotti.

Il‑binja tal‑Kurja tal‑Arċisqof, li għandha faċċata ewlenija wiesgħa u tħares fuq Pjazza San Kalċedonju, qabel kienet magħrufa bħala Casa della Madonna di Manresa u oriġinarjament kienet dar tal‑irtir b’sular wieħed b’limitu ta’ għoli sa 24 palmi, kif kien ġie deċiż mill‑Ordni tal‑Kavallieri ta’ San Ġwann fl‑1744… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 24, 3-8
Salm: 49 (50): 1-2.5-6.14-15

L-Evanġelju: Mt 13, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab parabbola oħra lill-folla u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana… Kompli aqra »

Dar għażiża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien l-Isqof Vincenzo Labini li 235 sena ilu bħal-lum ikkonsagra din il-kappella – li hi magħrufa bħala ta’ San Kalċedonju, għax hawnhekk hawn ir-relikwi tiegħu, u għada l-festa tiegħu, imma fil-fatt it-titlu tagħha hi ta’ Sidtna Marija ta’ Manresa. Din il-kappella tul is-snin laqgħet fiha tant nies biex jistgħu jitolbu flimkien, fosthom seminaristi meta hawn kien is-Seminarju tal-Arċisqof.

Illum qegħdin nagħmlu l-festa solenni tal-konsagrazzjoni ta’ din il-kappella… Kompli aqra »

Stedina biex niftħu tieqa fuq realtà lil hinn minn dik li qed naraw – L‑Arċisqof

L-inawgurazzjoni tar‑restawr tal‑oratorju fil‑Konkatidral u l‑ftuħ tal‑Caravaggio Wing

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Membri Parlamentari, Rev. Prof. Emmanuel Agius, il-membri kollha tal-Kunsill tal-Fondazzjoni, membri tal-Kapitlu Metropolitan, Sinjura Kuratriċi, Sindku, rappreżentanti ta’ Heritage Malta, Supretendent tal-Beni Kulturali Kurt, u tant personalitajiet distinti, merħba u grazzi tal-preżenza tagħkom.

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-kelliema ta’ qabli talli wrewna propju dak li qed nistennew li naraw illejla: ambjenti li reġgħu ħadu l-ħajja fis-sbuħija kollha tagħhom… Kompli aqra »

Jitlesta l-proġett ta’ restawr tal-oratorju fil-Konkatidral u l-ftuħ tal-Caravaggio Wing

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann inawgurat it-tmiem tar-restawr estensiv tal-oratorju u l-ftuħ tal-‘Caravaggio Wing’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni saret l-Erbgħa 21 ta’ Lulju 2021 u ġiet indirizzata mill-E.T. Mons. Arċisqof ta’ Malta, Charles Jude Scicluna; l-Onor. José Herrera, Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali; l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, u Prof. Mons. Emmanuel Agius, President tal-Fondazzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2, 19-20
Salm: Salm 33, 2-11

L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom… Kompli aqra »